Immappjar

L-immappjar se jiffoka fuq analiżi komprensiva tad-diskrepanza diġitali bejn il-ġeneri, filwaqt li jesplora l-intersezzjoni tal-litteriżmu diġitali, status soċjo-ekonomiku, u disparitajiet ġeografiċi. Ir-riċerka se teżamina vulnerabbiltajiet speċifiċi li jaffaċċjaw in-nisa fl-ispazju diġitali, u se tenfassiza kif il-marġinalizzazzjoni żżid l-espożizzjoni għal riskji online filwaqt li tillimita l-aċċess għal opportunitajiet essenzjali diġitali.

Ix-xogħol mhux biss se jitfa’ dawl fuq il-perikli tal-esklużjoni diġitali, bħal aċċess ristrett għal informazzjoni, għodda finanzjarji, u teħid ta’ deċiżjonijiet personali, iżda se jaċċenna wkoll il-potenzjal ta’ tisħiħ miġjub minn għodda diġitali meta dawn jiġu utlizzati b’mod xieraq. L-immappjar se janalizza kif politiki u inizjattivi pubbliċi attwali jindirizzaw id-diskrepanza diġitali bejn il-ġeneri, u jevalwa l-effettività tagħhom biex jirrispondu għall-bżonnijiet diversi tan-nisa f’kuntesti differenti Ewropej.

Permezz ta’ għarfien xprunat mid-data u analiżi kritika, din l-attività se tipprovdi fondazzjoni solida tematika, dokumentarja, u kulturali sabiex tinforma sija dawk li jfasslu l-politika u sija inizjattivi ta’ litteriżmu diġitali. Dawn is-sejbiet se jservu ta’ gwida strateġika għat-tfassil ta’ approċċi edukazzjonali inklussivi u mmirati, sabiex b’hekk jiġi żgurat li programmi ta' litteriżmu diġitali jkunu risponsivi għall-bżonnijiet reali tan-nisa u b’hekk effettivament jindirizzaw id-diskrepanza bejn il-ġeneri fil-pajsaġġ diġitali.