Aħbarijiet

ITSFA Tospita Punt ta’ Fowkus ta’ HYPATIA biex Tippromwovi l-Inklużjoni Diġitali u l-Iżvilupp ta’ Ħiliet fost in-Nisa

IT Solutions For All organizzat Punt ta’ Fowkus ta’ HYPATIA f’Casa de la Juventud ta’ Alhaurín de la Torre fejn laqqgħet grupp ta’ parteċipanti żgħażagħ biex jesploraw riżorsi innovattivi ta’ tagħlim diġitali ddisinjati biex jappoġġjaw l-inklużjoni tan-nisa fid-dinja diġitali u jsaħħu kompetenzi ewlenin għall-futur. Waqt is-sessjoni, il-parteċipanti tgħallmu dwar il-proġett HYPATIA, l-objettivi tiegħu, u l-konsorzju Ewropew li qed jaħdem flimkien biex jippromwovi l-opportunitajiet indaqs permezz tal-edukazzjoni diġitali. Il-parteċipanti ġew murija wkoll il-pjattaforma tar-Riżorsi Edukattivi Miftuħa (OER) tal-proġett, disponibbli fuq www.hypatia-project.eu. Il-pjattaforma toffri materjali ta’ tagħlim aċċessibbli u b’xejn imfassla apposta għall-ħtiġijiet ta’ nisa li jixtiequ jtejbu l-ħiliet diġitali tagħhom. L-għan ta’ HYPATIA hu li jrawwem l-inklużjoni diġitali fost in-nisa billi jipprovdi opportunitajiet ta’ taħriġ prattiċi, aċċessibbli u orjentati fil-ħajja reali, liema opportunitajiet jagħtu s-setgħa lil kull min qed jitgħallem biex jużaw it-teknoloġija u jipparteċipaw fl-ekonomija diġitali b’mod kunfidenti. Il-Punt ta’ Fowkus kien jinkludi preżentazzjonijiet tal-moduli ta’ taħriġ ewlenin tal-proġett, fosthom: L-Intraprenditorja Diġitali L-Użu ta’ Għodod ta’ ICT fil-Ħajja ta’ Kuljum L-Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali b’Kunfidenza Il-Pjattaforma Online ta’ Tagħlim Elettroniku Il-parteċipanti kellhom l-opportunità li jiskopru kif dawn ir-riżorsi ta’ taħriġ setgħu jappoġġjawhom fl-iżvilupp personali u professjonali tagħhom, jinkoraġġixxu l-innovazzjoni, u jgħinu biex jibnu l-kunfidenza fl-użu ta’ teknoloġiji diġitali. Is-sessjoni tat lok ukoll għal djalogu dwar l-importanza tal-inklużjoni diġitali u l-opportunitajiet li l-ħiliet diġitali jistgħu joħolqu għan-nisa fl-edukazzjoni, fl-impjieg u fl-intraprenditorja. Għal iktar informazzjoni dwar il-proġett HYPATIA, żur www.hypatia-project.eu. Dwar HYPATIA HYPATIA huwa proġett Ewropew bl-għan li jippromwovi l-inklużjoni diġitali għan-nisa u jkabbar kompetenzi ewlenin permezz ta’ programmi ta’ taħriġ innovattivi, prattiċi u aċċessibbli. Il-proġett għandu l-għan li jagħti s-setgħa lin-nisa biex jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà diġitali u fis-suq tax-xogħol billi jiġbor flimkien l-edukazzjoni diġitali, l-intraprenditorja u teknoloġiji emerġenti, bħalma hi l-Intelliġenza Artifiċjali.  

Aqra aktar

ITSFA tagħti s-setgħa lil Nisa Ikbar fl-Età Permezz ta’ Attivitajiet ta’ Inklużjoni Diġitali fi ħdan il-Proġett HYPATIA

Bħala parti mill-Proġett HYPATIA, It Solutions For All organizzat b’suċċess sessjoni ta’ Punt ta’ Fowkus li kienet tinvolvi grupp ta’ nisa ikbar fl-età. L-għan tas-sessjoni kien li jippromwovi l-inklużjoni diġitali u jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-diviżjoni bejn il-ġeneri fl-użu diġitali.  L-avveniment ipprovda lill-parteċipanti b’opportunità li jiskopru l-proġett HYPATIA, l-objettivi tiegħu, u l-konsorzju internazzjonali tal-organizzazzjonijiet Ewropej li qed jaħdmu flimkien biex jappoġġjaw l-għoti tas-setgħa diġitali lin-nisa. Il-parteċipanti ġew murija wkoll il-pjattaforma tar-Riżorsi Edukattivi Miftuħa (OER) tal-proġett, disponibbli fuq www.hypatia-project.eu. Il-pjattaforma toffri materjali ta’ tagħlim b’xejn maħsuba biex l-utenti jsaħħu l-kunfidenza fl-użu diġitali u l-ħiliet diġitali tagħhom. Waqt is-sessjoni, ITSFA ppreżentat il-programm ta’ taħriġ tal-proġett filwaqt li daret is-suġġetti ewlenin li qed isiru iżjed u iżjed rilevanti fil-ħajja ta’ kuljum u fl-iżvilupp personali, fosthom: Il-pjattaforma disponsibbli online ta’ tagħlim elettroniku L-Intraprenditorja Diġitali L-Użu ta’ għodod ta’ ICT f’attivitajiet ta’ kuljum L-Għarfien u l-Użu b’Mod Kunfidenti tal-Intelliġenza Artifiċjali  Il-Punt ta’ Fowkus ħoloq ambjent akkoljenti fejn il-parteċipanti setgħu jiddiskutu l-isfidi relatati mal-użu tat-teknoloġija, u jesploraw kif l-għodod diġitali jistgħu jappoġġjaw iżjed indipendenza, parteċipazzjoni u tagħlim fit-tul. Il-proġett HYPATIA għandu l-għan li jagħti s-setgħa lin-nisa billi jżidilhom il-kompetenzi diġitali, jibnilhom iżjed il-kunfidenza fihom nfushom, u joħloq opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp personali, soċjali u professjonali f’soċjetà li miexja eqreb u eqreb lejn id-diġitalizzazzjoni. Għal iktar informazzjoni dwar il-proġett HYPATIA, żur www.hypatia-project.eu. Facebook: https://www.facebook.com/hypatiaeuproject/ YouTube: https://www.youtube.com/@Hypatia-project Email: hypatiaprojecteu@gmail.com     

Aqra aktar

Il-Konsorzju Ewropew Ippubblika Analiżi Ġdida u Rakkomandazzjonijiet ta’ Politika dwar id-Distakk Bejn il-Ġeneri fl-Użu Diġitali

Konsorzju Ewropew ħareġ analiżi ġdida bl-Ingliż u rakkomandazzjonijiet ta’ politika li żvelaw kif l-inugwaljanzi diġitali baqgħu jkollhom impatt fuq il-ħajjiet ta’ nisa madwar l-Ewropa. Il-pubblikazzjoni, li tlestiet fl-aħħar tal-2025, eżaminat lil dawk li ħalliet barra t-trasformazzjoni diġitali, in-nuqqasijiet tar-riżultati tal-politiki, u għalfejn l-istrateġiji eżistenti baqgħu ma rnexxilhomx jindirizzaw ir-riskji onlajn affaċċjati minn ġeneri differenti. L-analiżi ġiet żviluppata fir-Repubblika Ċeka, fi Spanja, fl-Italja u f’Malta fi proġett Ewropew ikkoordinat minn Genderové informační centrum NORA, o.p.s. Ir-riċerkaturi applikaw qafas intersezzjonali biex ifasslu l-aċċess, il-ħiliet u l-użu diġitali, l-impjieg u l-innovazzjoni u żvelaw kif nisa li x-xogħol tagħhom hu li jieħdu ħsieb ta’ persuni oħrajn u li ma jitħallsux tiegħu, kif ħin limitat għal taħriġ u kif esponiment għal abbuż onlajn, b’mod sistematiku jirrestrinġu l-parteċipazzjoni diġitali tan-nisa. Abbażi ta’ dan is-sejbien, il-konsorzju ffinalizza rakkomandazzjonijiet ta’ politika mmirati fejn talab li jkun hemm azzjoni istituzzjonali konkreta. Skont it-tim ta’ riċerka, “Id-dejta wriet li l-esklużjoni diġitali kienet strutturali u mhux inċidentali,” u saħqu għall-ħtieġa urġenti ta’ investimenti fl-infrastruttura tal-għoti ta’ kura, għal politiki diġitali skont is-sess, u għal azzjonijiet iżjed b’saħħithom kontra l-vjolenza ffaċilitata mit-teknoloġija u abbażi tas-sess.  Il-pubblikazzjoni kienet pass importanti lejn it-tfassil ta’ politiki diġitali iżjed inklussivi fl-UE u infurmat l-attivitajiet edukattivi li ġejjin tal-proġett. Għal iżjed informazzjoni dwar il-proġett, żur: https://www.hypatia-project.eu/  

Aqra aktar

Il-Proġett HYPATIA Jattendi “Premios Lidera Mujer” f’Málaga

IT Solutions for All kburija tħabbar li l-proġett tagħha, HYPATIA se jkun qed jipparteċipa fil- Premios Lidera Mujer, programm ta’ għoti ta’ premjijiet li jiċċelebra t-tmexxija, l-innovazzjoni u l-kisbiet ta’ nisa minn madwar Spanja kollha. Il-proġett HYPATIA hu ddedikat li jagħti setgħa lil nisa li l-irwol tagħhom hu li jieħdu ħsieb darhom billi jipprovdihom b’ħiliet diġitali essenzjali, b’għarfien prattiku biex jinnavigaw id-dinja onlajn b’mod sigur, u bi gwida biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Billi jżid il-litteriżmu diġitali u jippromwovi għarfien dwar is-sikurezza fuq l-internet, HYPATIA qed jgħin lill-parteċipanti biex jużaw it-teknoloġija b’mod kunfidenti u biex jiksbu opportunitajiet professjonali ġodda. Il-Premios Lidera Mujer 2025 huma organizzati minn La Associació Dones pel Futur, Fundación Nantik Lum, u Asociación Arrabal u huma ffinanzjati mill-Ministeru għax-Xogħol u l-Ekonomija Soċjali. Dawn il-premjijiet jirrikonoxxu u jappoġġjaw inizjattivi tal-ekonomija soċjali u ta’ solidarjetà li qed ibiddlu d-dinja għall-aħjar permezz ta’ azzjonijiet ta’ kuljum. L-għan tagħhom hu li jagħtu spinta lil proġetti li jippromwovu Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) u l-ekonomija soċjali u ta’ solidarjetà bħala għodda għal trasformazzjoni. Kienet esperjenza ta’ ispirazzjoni għat-tim HYPATIA li jattendu għaċ-ċeremonja tal-għoti ta’ premjijiet li saret fil-kwartieri ġenerali ta’ Google f’Málaga. L-avveniment ipprovda opportunità unika fejn wieħed seta’ jisma’ l-esperjenzi ta’ intraprendituri nisa minnhom infushom, jaqsam għarfien u jiċċelebra inizjattivi li jixprunaw l-inklużjoni soċjali u l-għoti ta’ setgħa. Għal iżjed informazzjoni dwar il-proġett HYPATIA u l-inizjattivi tiegħu, żur https://hypatia-project.eu/ Facebook: https://www.facebook.com/hypatiaeuproject/ YouTube: https://www.youtube.com/@Hypatia-project Email: hypatiaprojecteu@gmail.com 

Aqra aktar

ITSFA Torganizza Punti ta’ Fowkus biex Tippreżenta l-Proġett HYPATIA f’Málaga

IT Solutions for All ospitat b’suċċess erba’ Punti ta’ Fowkus iddedikati lill-Proġett HYPATIA li saru f’żewġ postijiet differenti tal-imsieħeb assoċjat, Arrabal-AID. Is-sessjonijiet laqqgħu flimkien il-parteċipanti biex jesploraw l-elementi ewlenin tal-proġett, fosthom l-għanijiet tal-proġett, ir-riżultati mistennija u l-benefiċċji ewlenin tal-Pjattaforma OER ta’ HYPATIA, waħda mir-riżultati ewlenin tal-proġett. Il-pjattaforma hija mingħajr ħlas, miftuħa u aċċessibbli 24/7. Hija ddisinjata biex tintuża b’mod faċli mill-utenti u biex tospita l-korsijiet kollha ta’ taħriġ li ġew żviluppati fil-proġett. Il-pjattaforma toffri lill-edukaturi u lil dawk li jużawha biex jitgħallmu minnha ambjent ta’ tagħlim diġitali, flessibbli, komprensiva u faċilment aċċessibbli. Waqt il-Punti ta’ Fowkus, ITSFA wettqet ukoll attivitajiet ta’ ttestjar mal-parteċipanti fejn iffukat fuq tliet moduli ta’ taħriġ li ġew żviluppati f’HYPATIA: L-Intraprenditorja Diġitali L-Użu ta’ Għodod ta’ ICT f’Attivitajiet ta’ Kuljum L-Għarfien u l-Użu b’Mod Kunfidenti tal-Intelliġenza Artifiċjali  Dawn it-testijiet ipprovdew feedback ta’ valur dwar il-kontenut, l-użabbiltà u l-impatt ġenerali tal-moduli filwaqt li xeħtu dawl fuq ir-rilevanza prattika tagħhom u l-valur tagħhom għal diversi gruppi fil-mira. Il-proġett HYPATIA huwa inizjattiva Ewropea bi msieħba mill-Italja, Spanja, Malta u r-Repubblika Ċeka bl-għan li jindirizza d-distakk bejn il-ġeneri fl-użu diġitali. Jiffoka fuq nisa tad-dar u nisa li għandhom rwol fejn jieħdu ħsieb lil ħaddieħor mingħajr ma jitħallsu tiegħu, li ta’ spiss jiffaċċjaw diskriminazzjoni soċjali u li huma vulnerabbli għal riskji onlajn. Il-proġett jipprovdi għodda u taħriġ ta’ litteriżmu diġitali maħsuba apposta sabiex dawn in-nisa jingħataw is-setgħa fl-użu diġitali, u sabiex iżidu l-kunfidenza tagħhom fl-użu diġitali, u jżidu s-sikurezza u l-inklużjoni soċjali tagħhom.  Għal iżjed informazzjoni fuq il-proġett HYPATIA, żur: www.hypatia-project.eu Segwina fuq: Facebook: https://www.facebook.com/hypatiaeuproject/  YouTube: https://www.youtube.com/@Hypatia-project  Email: hypatiaprojecteu@gmail.com          

Aqra aktar

IT Solutions For All Tippromwovi l-Inklużjoni Diġitali għan-Nisa permezz ta’ HYPATIA f’Opportunity Morning 2025

IT Solutions For All ipparteċipat f’Opportunity Morning 2025, avveniment divertenti li seħħ f’waħda mit-toroq fil-viċinat ta’ Mangas Verdes f’Málaga. L-inizjattiva ttrasformat iż-żona f’ċentru interattiv u miftuħ għal kulħadd fejn il-kumpaniji lokali, assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet edukattivi ppreżentaw servizzi, proġetti u opportunitajiet direttament liż-żgħażagħ u lill-komunità. L-avveniment iħeġġeġ id-djalogu, attivitajiet prattiċi u n-networking f’setting informali u jippromwovi l-impjegabbiltà, il-ħiliet diġitali u l-inklużjoni soċjali. Waqt l-avveniment, ITSFA ppreżentat il-proġett HYPATIA, inizjattiva ffinanzjata minn Erasmus+ li tindirizza l-inklużjoni diġitali u s-sikurezza onlajn għal nisa vulnerabbli, li jinkludu n-nisa tad-dar u nisa fir-riskju ta’ esklużjoni soċjali. L-għan ta’ HYPATIA hu li jnaqqas id-distakk bejn il-ġeneri fl-użu diġitali billi jipprovdi lill-parteċipanti b’ħiliet prattiċi, b’għarfien dwar ir-riskji onlajn u billi jagħtihom il-kunfidenza biex jinnavigaw l-ambjent diġitali b’mod sikur. Ir-rappreżentanti ta’ ITSFA wrew ir-riżultati ewlenin tal-proġett inklużi r-riżorsi edukattivi li ġew żviluppati tul il-proġett HYPATIA. Punt ewlieni kien il-pjattaforma OER ta’ HYPATIA li hija ċentru diġitali multilingwali b’xejn li joffri moduli ta’ taħriġ ikkurati apposta, kontenut maħsub biex iqajjem l-għarfien, u eżerċizzji maħsuba biex itejbu l-litteriżmu diġitali, l-għarfien ċibernetiku u l-għarfien kritiku ta’ sfidi onlajn. Il-komponenti interattivi tal-pjattaforma, il-format aċċessibbli tagħha u l-għażliet għaċ-ċertifikati jiżguraw li tista’ tintuża minn nisa li ġejjin minn sfondi diversi minn madwar l-Ewropa. ITSFA tkellmet mal-parteċipanti u wriet l-impatt li qed ikollu HYPATIA biex jagħti setgħa lin-nisa u biex irawwem l-inklużjoni diġitali. It-tim qasam ukoll għarfien dwar il-metodoloġija tal-proġett, ir-riżultati, u l-potenzjal li dan jibqa’ javvanza, filwaqt li wrew kif l-għarfien fl-affarijiet diġitali jista’ jkollu impatt kemm fuq il-parteċipazzjoni soċjali kif ukoll dik ekonomika. Għal iżjed informazzjoni dwar il-proġett HYPATIA u l-inizjattivi tiegħu, żur https://hypatia-project.eu/ Facebook: https://www.facebook.com/hypatiaeuproject/ YouTube: https://www.youtube.com/@Hypatia-project Email: hypatiaprojecteu@gmail.com      

Aqra aktar

Stadju ta’ Taħriġ ta’ Suċċess tal-Proġett HYPATIA f’Málaga

Mill-21 sal-24 ta’ Ottubru, tlaqqgħu flimkien l-imsieħba tal-proġett HYPATIA f’Málaga sabiex jipparteċipaw fi stadju ta’ taħriġ interessanti. Dan kien pass importanti fl-għan tagħhom li jarrikkixxu lin-nisa tad-dar b’ħiliet diġitali. Il-laqgħa kienet tinvolvi lil Cultura E Sviluppo ETS (l-Italja), Gender Information Centre NORA (ir-Repubblika Ċeka), il-Kunsill Malti għall-Arti, u IT Solutions for All, l-organizzazzjoni lokali li kienet qed tospita din il-laqgħa, biex flimkien jevalwaw il-kisbiet u jippjanaw il-passi li jmiss. Waqt it-taħriġ, l-imsieħba esploraw il-progress ta’ kull grupp ta’ ħidma u qasmu għarfien mill-attivitajiet kurrenti tagħhom. NORA qed tmexxi l-analiżi, id-dokumentazzjoni u r-rapportar dwar il-Ġeneru, l-Affarijiet Diġitali u t-Tmexxija tad-Dar min-Nisa fil-pajjiżi tal-konsorzju, filwaqt li l-Kunsill Malti għall-Arti qed jaħdem fuq docufilm li juri intervisti u dejta essenzjali. ITSFA ppreżentat l-aħħar żviluppi tal-pjattaforma OER u l-moduli ta’ taħriġ tagħha taħt is-superviżjoni tal-koordinatur tal-proġett, Idrisi. Il-parteċipanti kellhom iċ-ċans li jiskopru l-pjattaforma OER u ttestjaw kemm l-interfaċċa li se jara l-pubbliku, kif ukoll il-funzjonalitajiet li jsiru fil-back-office tagħha. It-tim analizza wkoll il-korsijiet li diġà ġew żviluppati u li ttellgħu fuq il-pjattaforma, u ħadu sehem f’workshop imqanqal dwar it-tixrid ta’ strateġiji sabiex titjieb il-viżibbiltà tal-programm. Il-proġett HYPATIA qed ikompli jikber biex jiżgura li n-nisa tad-dar jakkwistaw il-kompetenzi diġitali meħtieġa biex javvanzaw fid-dinja onlajn tal-lum. Billi jikkombina t-taħriġ innovattiv, kontenut fuq diversi midja li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-utenti, u pjattaforma faċli biex tintuża mill-utenti, HYPATIA qed iwitti t-triq għal setgħat diġitali iktar siewja madwar l-Ewropa. Għal iżjed informazzjoni dwar il-proġett HYPATIA: Sit web: https://hypatia-project.eu/ Facebook: https://www.facebook.com/hypatiaeuproject/ YouTube: https://www.youtube.com/@Hypatia-project Email: hypatiaprojecteu@gmail.com 

Aqra aktar

Hypatia jniedi Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim Bla Ħlas sabiex jiġu emanċipati n-Nisa u jiġi indirizzat id-Distakk Diġitali bejn il-Ġeneri

Il-proġett Hypatia, kofinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-programm Erasmus +, ilaqqa’ flimkien erbat isħab mill-Italja, Spanja, ir-Repubblika Ċeka, u Malta, bl-għan komuni li jindirizzaw id-distakk diġitali bejn il-ġeneri. Il-proġett għandu l-għan li jappoġġja lin-nisa tad-dar billi jiżviluppa kurrikulu innovattiv tal-litteriżmu diġitali u tal-emanċipazzjoni tan-nisa. Hypatia jfittex li jipprovdi lin-nisa ħiliet prattiċi biex jinnavigaw it-teknoloġiji diġitali b’mod sikur u konsapevoli, filwaqt li jindirizza wkoll l-isfidi tal-vjolenza online abbażi tal-ġeneru. Aspett ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa t-tnedija uffiċjali tal-Pjattaforma ta’ Riżorsi Edukattivi Miftuħa tal-Hypatia, magħrufa bħala OER, li issa tinsab live u disponibbli f’ħames lingwi (EN, IT, ES, CZ, MT). Il-pjattaforma hija kompletament bla ħlas u toffri aċċess miftuħ 24/7 għall-utenti madwar l-Ewropa, kif ukoll lil hinn minnha. Karatteristiċi Ewlenin tal-Pjattaforma OER: • Aċċess bla ħlas u miftuħ: Il-kontenut huwa kollu disponibbli mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni. • Disponibbiltà 24/7: Il-pjattaforma hija aċċessibbli fi kwalunkwe ħin, u tippermettilek titgħallem u tiżviluppa bil-pass tiegħek. • Immappjar tad-Distakk Diġitali bejn il-Ġeneri: Analiżi fil-fond tal-intersezzjoni bejn il-litteriżmu diġitali, l-istatus soċjoekonomiku, u d-disparitajiet ġeografiċi. • Materjal ta’ Taħriġ Imfassal Apposta: Korsijiet u riżorsi mfassla biex jaqdu l-ħtiġijiet tan-nisa tad-dar minn sfondi differenti, b’enfasi fuq il-kompetenzi diġitali, l-inklużjoni, u l-aċċessibbiltà. • Docufilm: Dokumentarju impenjattiv li jag]ti ]arsa mill-qrib lejn l-esperjenzi tan-nisa tad-dar madwar l-Ewropa, grupp ta’ spiss ittraskurat fid-diskussjonijiet dwar l-inklużjoni diġitali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. • Kontenut Aġġornat Kontinwament: Riżorsi u għodod ġodda żviluppati matul il-proġett se jiżdiedu regolarment, sabiex jiġi żgurat li l-pjattaforma tibqa’ ċentru ta’ tagħlim dinamiku u aġġornat. Permezz ta’ din il-pjattaforma, Hypatia jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jrawwem kuxjenza kritika dwar l-impatt diġitali fuq il-ħajja ta’ kuljum, jipprovdi lin-nisa bi strateġiji biex jaffrontaw it-theddid online, u jittrasforma d-dinja diġitali f’għodda għall-iżvilupp personali u professjonali. Biex issir taf aktar dwar il-proġett Hypatia, żur il-pjattaforma OER: https://www.hypatia-project.eu/   

Aqra aktar

Il-Konsorzju tal-Proġett Hypatia Jimxi ’l Quddiem Wara Laqgħa Ewlenija

Fl-10 ta’ Jannar tal-2025, il-konsorzju tal-proġett Ewropew Hypatia żamm laqgħa virtwali sabiex jeżamina l-progress tal-proġett u jiddefinixxi kull responsabbiltà tal-imsieħba. Bil-parteċipazzjoni ta’ erba’ organizzazzjonijiet mill-Italja, Spanja, ir-Repubblika Ċeka, u Malta, il-laqgħa ffaċilitat sforzi ta’ kordinazzjoni, pjanar strateġiku, u t-twaqqif ta’ miri ewlenin fil-futur qrib. Il-proġett Hypatia għandu l-għan li jippromwovi l-inklużjoni diġitali u l-ewkità tal-ġeneri fil-qasam teknoloġiku, u b’hekk jindirizza sfidi relatati mal-aċċess, litteriżmu diġitali, u sigurtà online. Sabiex jakkwista dan, il-konsorzju qiegħed jimplimenta azzjonijiet strateġiċi strutturati f’pakketti ta’ ħidma differenti: •    WP2: L-Immappjar tad-Diskrepanza: Osservatorju fuq Politiki Ewropej fuq il-Ġeneru u Inklużjoni Diġitali  Dan il-pakkett se jiffoka fuq l-analiżi ta’ politiki Ewropej fuq l-inklużjoni diġitali u l-ġeneru, u joħloq osservatorju li se jipprovdi għarfien ewlieni fuq id-diviżjoni diġitali fl-Ewropa. •    WP3: Kurrikulu għal-Litteriżmu, Għarfien Diġitali, u Sigurtà Ċibernetika għal Persuni li Jagħmlu Xogħol tad-Dar Kurrikulu innovattiv edukazzjonali li se jsaħħaħ litteriżmu diġitali, għarfien tas-sigurtà ċibernetika, u l-użu sigur tat-teknoloġija, b’attenzjoni speċjali fuq gruppi vulnerabbli u individwi responsabbli mill-ġestjoni tad-djar. •    WP4: Kampanja, Disseminazzjoni, u Multiplikazzjoni Kulturali Dan il-pakkett ta’ ħidma se jiffoka fuq il-komunikazzjoni, disseminazzjoni, u l-viżibbiltà tal-proġett, inkluż kampanji fuq midja soċjali, ittriaħbar, u l-produzzjoni ta’ film dokumentarju li se jitfa’ dawl fuq l-impatt tal-proġett fuq is-soċjetà. Il-konsorzju jerġa’ jafferma l-impenn tiegħu għall-inklużjoni diġitali u l-innovazzjoni edukattiva, u li jippromwovi għodda u strateġiji aċċessibbli sabiex inaqqas id-diskrepanza diġitali madwar l-Ewropa. Permezz tal-isforzi konġunti tal-imsieħba u viżjoni ċara, il-proġett Hypatia jkompli javvanza lejn it-trawwim ta’ edukazzjoni diġitali u ekwità tal-ġeneri fl-Ewropa.  

Aqra aktar

Il-Laqgħa Online Inizjali tal-Proġett Hypatia

Inħabbru bi pjaċir il-Laqgħa Inizjali tal-Proġett Hypatia, kofinanzjat minn Erasmus+, miżmuma fl-24 t’Ottubru. L-imsieħba mill-Italja (Idrisi), Spanja (IT Solutions for All), ir-Repubblika Ċeka (CIG NORA), u Malta (Il-Kunsill Malti għall-Arti) ġew flimkien sabiex jiddiskutu punti ewlenin ta’ din l-inizjattiva konsegwenzjali. Matul din il-laqgħa, l-imsieħba introduċew lilhom infushom u rrivedew aspetti ewlenin tal-proġett, bħall-pakketti ta’ ħidma, riżultati, u l-irwolijiet ta’ kull imsieħeb. Hypatia għandha l-għan li tiżviluppa programm t’għarfien konsegwenzjali ferm biex tindirizza id-diskrepanza diġitali bejn il-ġeneri, b’fok ewlieni fuq nisa vulnerabbli, bħal dawk li jagħmlu xogħol tad-dar. Dawn in-nisa, li huma ħafna drabi vittimi ta’ vjolenza online, mhumiex rappreżentati biżżejjed f’politiki ffukati fuq l-ugwaljana bejn il-ġeneri u fi sforzi għal diġitalizzazzjoni. Permezz ta’ dan il-proġett, aħna se noħolqu pjattaforma OER innovattiva u interattiva li tipprovdi ħiliet bażiċi diġitali, filwaqt li fl-istess waqt tindirizza r-riskji u l-perikli ta’ teknoloġiji ġodda, partikolarment ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq pjattaformi online. Flimkien, aħna qed naħdmu biex insaħħu u nagħtu wens lil dawk li l-aktar għandhom bżonn. Segwuna għal aktar aġġornamenti!  

Aqra aktar