Kurrikulu

L-attività ta’ taħriġ fi ħdan il-proġett Hypatia se tiffoka fuq l-implimentazzjoni u t-twettiq ‘pilot’ ta’ kurrikulu ta’ litteriżmu diġitali speċifiku, iddisinjat sabiex jilħaq il-bżonnijiet edukattivi speċifiċi ta’ gruppi partikolari. Dan se jiġi miksub permezz ta’ pjattaforma diġitali li toffri riżorsi edukattivi miftuħin (OERs), aċċessibbli sija f’modi sinkroniċi u sija f’modi mhux sinkroniċi.
Din il-pjattaforma se tiffaċilita l-interazzjoni diretta bejn l-edukaturi u l-benefiċjarji, u se tintegra għodda varji għad-djalogu, l-iskambju, u tracking sabiex tissorvelja l-proċess ta’ tagħlim. L-għan hu li tiġi maħluqa esperjenza ta’ tagħlim interessanti u bla xkiel, strutturata permezz ta’ moduli ta’ tagħlim żgħar u interattivi. Dawn il-“learning pills” se jkunu ddisinjati sabiex isaħħu l-parteċipazzjoni u l-involviment, u jabraċċaw il-kunċett ta’ edukazzjoni immersiva.
Permezz tal-użu ta’ approċċ innovattiv, dan il-mudell ta’ taħriġ se jmur lil hinn minn metodi statiċi u tradizzjonali ta’ e-learning, li ħafna drabi huma nieqsa mill-persjonalizzazzjoni u interazzjoni. Minflok, dan l-approċċ se jipprijoritizza l-bżonnijiet speċifiċi tal-istudenti, u b’hekk jiżgura vjaġġ ta’ litteriżmu diġitali adattiv, interattiv, u li jħalli impatt.