L-Użu ta’ Għodod tal-ICT fil-Ħajja ta’ Kuljum
L-Użu ta’ Għodod tal-ICT fil-Ħajja ta’ Kuljum
X’inhu l-ICT?
L-akronimu ICT ifisser Information and Communication Technology (teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni).
Jirreferi għall-għodod u r-riżorsi kollha użati biex jittrażmettu, jaħżnu, joħolqu, ixerrdu, jew jiskambjaw l-informazzjoni.
Jinkludi:
- Kompjuters
- Smartphones
- L-Internet
- Apps varji
Eżempju prattiku: Meta tuża l-ismartphone tiegħek biex tiċċekkja t-temp, tkun qed tuża l-ICT!
![]() |
![]() |
![]() |
||
| Apps tal-merċa | Riċetti Online | Reminders & Calendar | ||
| Apps bħal Bring! jgħinuk torganizza x-xirja tiegħek u taqsamha mal-membri tal-familja tiegħek. Ma tibqax tinsa l-affarijiet! https://web.getbring.com/ |
Sib riċetti bnini fuq pjattaformi bħal YouTube jew GialloZafferano. Segwi vidjos biex titgħallem riċetti ġodda. https://www.giallozafferano.com/ |
Google Calendar jista’ jfakkrek dwar appuntamenti, min jagħlaq sninu, u qadjiet. Fakkar lilek innifsek meta trid issaqqi l-pjanti! https://calendar.google.com |
| Messaġġi u Telefonati | Ċempil Vidjografiku u Emails | |
| Apps bħal WhatsApp u Telegram iħalluk tibgħat messaġġi, ritratti, u ċċempel b’xejn lill-ħbieb u l-qraba, anki jekk jgħixu ’l bogħod. | Zoom jew Skype iħalluk tara lill-maħbubin tiegħek u tkellimhom. Għal komunikazzjoni uffiċjali, l-email hija perfetta biex tibgħat dokumenti jew biex tikkuntattja lin-nies |
Eżempju prattiku: Uża l-WhatsApp biex titkellem man-neputijiet tiegħek li jgħixu barra, jew iż-Zoom biex tlaqqa’ lill-familja virtwalment.
![]() |
![]() |
![]() |
||
| Żomm Kont ta’ x’Tonfoq | Banking Online | |||
| Apps bħal Money Manager jgħinuk tara fejn imorru flusek. Biha żżomm kont tal-ispejjeż ta’ kuljum faċilment. | Immaniġġja l-kont bankarju tiegħek mid-dar. Iċċekkja l-bilanċi, ħallas il-kontijiet, u ttrasferixxi l-flus b’mod sigur. | PayPal jew Satispay iħalluk tħallas għal xiri online jew tibgħat il-flus lill-ħbieb b’għafsa ta’ buttuna, u tevita l-flus kontanti. |
Eżempju prattiku: Ħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma direttament mill-app tal-bank tiegħek, u ffranka jkollok tmur il-posta.
Meta ssib l-informazzjoni online
| Aħbarijiet Affidabbli | Agħraf il-Fake News | |
| Aċċessa l-aħbarijiet minn sorsi b’reputazzjoni tajba. Iċċekkja gazzetti jew siti ta’ aħbarijiet differenti biex takkwista perspettiva bbilanċjata. | Tgħallem għaraf l-informazzjoni falza. Dejjem iċċekkja jekk is-sors huwiex affidabbli u jekk l-istorja hix irrapportata minn sorsi tal-aħbarijiet multipli. | |
| Eżempju prattiku: Aqra s-sit tal-aħbarijiet tal-BBC biex iżżomm ruħek aġġornat(a) ma’ x’qed jiġri. |
Eżempju prattiku: Jekk xi titlu jidher wisq fantastiku jew orribbli biex ikun veru, fittex dwaru fuq siti li jiċċekkjaw il-fatti. |
Uża l-Google biex issib tweġibiet malajr għall-mistoqsijiet li jista’ jkollok, minn pariri fuq tisjir għal pariri fuq is-saħħa.
| Noti ta’ Malajr | Ideat u Proġetti | Listi ta’ X’Għandek Tagħmel | ||
| Google Keep hija perfetta biex tniżżel ideat li jgħaddulek minn moħħok, ix-xirja, u tfakkiriet. Tista’ taċċessaha minn kwalunkwe apparat. https://keep.google.com/ |
Evernote tgħinek tissejvja artikli, ritratti, u paġni web għal proġetti akbar jew interessi personali. Tħallik iżżomm kollox organizzat. https://evernote.com/ |
Listi diġitali ta’ x’għandek tagħmel iżommulek kont tal-kompiti tiegħek. Meta tlesti wieħed, tista’ taqtgħu, u dan itik sens ta’ kisba. |
Eżempju prattiku: Oħloq nota fuq Google Keep bil-qadi ta’ kuljum u malli tlesti waħda aqtagħha.
| Passwords Sikuri | Ħolqiet Suspettużi | |
| Dejjem uża passwords uniċi u kumplessi. Ħallat ittri, numri, u simboli. | Attent(a) minn ħolqiet f’emails jew messaġġi minn utenti li ma tafhomx. Jistgħu jkunu scams li qed jippruvaw jisirqulek l-informazzjoni. | |
| Eżempju prattiku: Minflok "password123", uża "MyCatFluffy!2024". |
Eżempju prattiku: Jekk email tistaqsik għad-dettalji bankarji tiegħek, tagħfas ebda ħolqa, minflok mur direttament fuq is-sit tal-bank tiegħek. |
Żomm l-apparat u l-apps aġġornati. Ħafna drabi l-aġġornamenti jkollhom titjib importanti fis-sigurtà tagħhom.
![]() |
![]() |
![]() |
||
| Xiri Online tal-Merċa | Inkiteb f’Kors | Sib Riċetti jew Artiġjanat għat-Tfal | ||
| Ixtri l-prodotti tal-merċa mis-supermarket lokali online tiegħek u dawn jaslulek sal-bieb. Iffranka l-ħin u l-iskariġġ! | Tgħallem passatemp jew ħila ġdida permezz ta’ korsijiet online, minn tisjir għal nitting, jew lingwa ġdida. Il-possibbiltajiet bla tmiem. | Fittiex riċetti ġodda biex tipprovahom jew ideat ħelwin ta’ artiġijanat biex tagħmilhom man-neputijiet. Bi klikk waħda tista’ ssib ispirazzjonijiet bla tmiem. |
It-teknoloġija tista’ tgħinek kuljum! Ibda b’app waħda u tejjeb ħajtek!
Aċċetta l-għodod diġitali biex ir-rutina ta’ kuljum issirlek aktar sempliċi, aktar konnessa, u aktar pjaċevoli.
Test
Biblijografija:
Bring! Il-Lista tax-Xirja:
https://youtu.be/dAle8-pl3-s?si=aKmjWAoEnEVio914
Riċetti Taljani ta’ Giallo Zafferano:
https://www.youtube.com/@GialloZafferanoItalianRecipes/videos
Kif tuża l-kalendarju tal-Google:
https://youtu.be/6dyCOXNLp8U?si=JR_lTFQ49XGrUS5r
Kif tuża l-Google Keep:
https://youtu.be/SmzLcRTL_LY?si=QgEzwccaXPG0Mzx5
X’inhu l-Evernote?
https://youtu.be/NgkCgqIogcY?si=6SY7AzzYnou3eIhM









