Intraprenditorija Diġitali
Merħba għall-Canva:
X’Inhi l-Intraprenditorija Diġitali?
![]() |
![]() |
![]() |
||
| Ħidma Online minn Kullimkien | Flessibbli u mid-Dar | Spejjeż Baxxi biex Tibda | ||
| Permezz tal-għodod diġitali tmexxi negozju mid-dar, jew kafetterija, jew mnejn tħossok ispirat. | Gawdi mil-libertà li taħdem fi xħin trid u mill-kumdità ta’ darek, skont l-iskeda ta’ ħajtek. | Kuntrarju għal negozji tradizzjonali, m’għandekx bżonn investiment kbir biex tibda. Kulma trid ideat u dedikazzjoni! |
Opportunità tad-Deheb Għalik
![]() Flessibbiltà Sħiħa |
![]() Indipendenza Finanzjarj |
![]() Sarraf il-Passjoni fi Profitt |
||
| L-intraprenditorija diġitali toffrilek libertà li ma ssib imkien ieħor u tħallik iddawwar l-iskeda tiegħek kif trid inti waqt li tibbilanċja x-xogħol mal-familja. | Ikkontrolla d-dħul tiegħek u ibni futur sigur, mingħajr ma tiddependi wisq fuq fatturi esterni. | Ibdel il-passatempi u l-interessi tiegħek f’negozju li jirnexxi, u tqatta’ ħajtek tagħmel dak li tħobb kuljum. |
Ideat Sempliċi għal Negozju Diġitali
| 1. Xogħol tal-idejn: | 2. Servizzi Online: | 3. Ħolqien ta’ Konenut: | ||
| Biegħ ix-xogħlijiet uniċi tiegħek, minn ġojellerija sa ħwejjeġ innittjati, lil udjenza globali online. | Agħti lezzjonijiet, assistenza virtwali, jew offri servizz lill-klijenti bil-ħiliet eżistenti tiegħek. |
Aqsam l-għarfien u l-passjoni tiegħek permezz ta’ bloggjar, powsts fuq il-midja soċjali, jew vidjos fuq You Tube. |
Pjattaformi ta’ Għajnuna biex Tibda
| Etsy għall-Artiġjani | Instagram għal Promozzjoni | Canva għal Disinn | ||
| Suq globali fejn tbigħ xogħol magħmul bl-idejn direttament lil klijenti li japprezzaw l-artiġjanat. | Uża Instagram bħala vetrina tal-prodotti u s- servizzi tiegħek u ilħaq l-udjenza tiegħek b’ritratti u vidjos li jiġbduk. | Oħloq faċilment grafiċi b’dehra professjonali u tellagħhom fuq il-midja soċjali, is-sit, u l-materjal tal-marketing, anki jekk m’għandekx esperjenza fid-disinn. |
Iltaqa’ ma’ Maria: disinjatriċi tal-ġojellerija
![]() |
"Maria toħloq ġojellerija mill-isbaħ bl-idejn u tbigħha fuq Etsy." Maria bdiet billi ħadet kors online dwar il-ħolqien tal-ġojellerija. Wara bdiet tuża l-Canva biex tiddisinnja r-ritratti tax-xogħol tagħha, u l-Instagram biex taqsam il-proċess kreattiv tagħha. Etsy tatha vetrina ta’ ħanut li faċli tuża, u minnha tista’ tilħaq lill-klijenti tagħha madwar id-dinja. |
Kif tibni l-pedamenti tiegħek
![]() |
![]() |
![]() |
||
| Użu bażiku tal-kompjuter | Email u l-Midja Soċjali | Komunikazzjoni Effettiva | ||
| Kunfidenza ma’ kompjuter jew smartphone hija indispensabbli biex twettaq il-kompiti online u tmexxi n-negozju diġitali tiegħek. | Għarfien ta’ kif tuża email għal komunikazzjoni u l-midja soċjali għall-promozzjoni huwa kruċjali. | Komunikazzjoni ċara u amikevoli mal-klijienti biex tibni fiduċja u tgħinek tkabbar in-negozju tiegħek. |
Kif Tibda b’Mod Sigur
|
|
![]() |
Nases komuni li għandek tevita
| Tikkupjax Oħrajn | Tinvestix iżżejjed fil-bidu | Il-Paċenzja hija Kruċjali | ||
| Sib il-vuċi u n-niċċa unika tiegħek. Hija l-awtentiċità li se tiġbed klijenti leali lejk, mhux l-imitazzjoni. | Ibda bil-mod u kabbar wara. Investimenti kbar mhumiex meħtieġa għal negozji diġitali; it-tkabbir intelliġenti huwa kruċjali. | Il-bini ta’ negozju li jirnexxi jieħu l-ħin. Tistenniex li se tistagħna mill-ewwel; iffoka fuq l-isforz u t-tagħlim konsistenti. |
Inti tista’ tirnexxi! Ibda l-vjaġġ diġitali tiegħek illum!
Ibda pass pass, u ara l-ħolm tiegħek jinbidel f’impriża diġitali li tirnexxi.
Test
Biblijografija:
Lezzjoni kif tiftaħ ħanut Etsy:
https://youtu.be/ym2_3Ks_Q94?si=LqoH8MfRxWpK2mT5
Merħba għall-Canva:
https://youtu.be/SGmmiq70uk4?si=D7JxNkQhILBowKbA











Email Professjonali
Passwords Sikuri
Attent(a) mill-Iscams