Increase Font Size
Reduce Font Size
High Contrast
Grayscale
Reset

Servizzi għaċ-ċittadini, identitatjiet diġitali

|
Isma’ l-awdjo
| Ara l-vidjo |
Niżżel il-kontenut: /

Identitatjiet Diġitali

SPID u CIE
Open

SPID (Sistema Pubblika ta’ Identità Diġitali), żewġ passi importanti għall-introduzzjoni tagħha fl-Italja:
24 ta’ Ottubru 2014: digriet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri.
15 ta’ Settembru 2015: bdiet l-akkreditazzjoni tal-Fonituri tal-Identità fl-Aġenzija Taljana għall-Identità Diġitali.

CIE (Karta tal-Identità Elettronika), introdotta fl-1997 permezz tal-Liġijiet Bassanini.
2001: ħruġ esperimentali fi 83 muniċipalità. 2004: intuża it-tieni mudell esperimentali biex jivverifika problemi oħrajn li jistgħu jinqalgħu.
1 ta’ Jannar 2006: beda l-proċess ta’ bdil tal-karta tal-identità fiżika għal waħda diġitali.

SPID - Il-Vantaġġi SPID - L-Iżvantaġġi
Idenitifkazzjoni waħda tal-utent kif ukoll password waħda biex tuża diversi servizzi pubbliċi u anki dawk mhumiex. (Eżempju: is-sistema nazzjonali tas-saħħa, l-awtorità tat-taxxa, il-portals tal-iskejjel u l-universitajiet, flimkien ma’ ħafna servizzi oħrajn).
Sistema ta’ identifikazzjoni li tipproteġi l-privatezza tad-data personali.
Possibbiltà ta’ aċċess għal servizzi online tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li jużaw l-iSPID.

Minkejja li dan it-tip ta’ identità diġitali jissimplifika ħafna proċessi, u jipproteġi lil dawk li għandhom bżonn jużaw l-internet għal servizzi li għandhom data sensittiva, ta’ min jiftakar li mhux kulħadd jaf juża l-għodod diġitali.
Fil-fatt, din il-problema tgħolli rasha l-aktar fost il-persuni ta’ 70 sena u aktar li mhumiex familjari mat-teknoloġija.
Minħabba li issa ħafna talbiet ma jistgħux isiru mingħajr l-iSPID, ħafna drabi dan l-ostaklu diffiċli jingħeleb.
 

 

 

CIE – Il-Karta tal-Identità Elettronika
Open
  • Tagħti aċċess għal diversi servizzi telematiċi b’PIN u password li jingħataw mal-ħruġ tagħha.
  • Ġiet introdotta biex tiżgura s-sikurezza ta’ dawk li għandhom din it-tip ta’ karta tal-identità.

Fil-fatt, huwa diffiċli li din tiġi ffalsifikata minħabba li hija magħmula minn linek speċjali u għandha l-ologrammi bħala element ta’ sikurezza. Ġo fiha, għandha wkoll ċippa ta’ frekwenza radjufonika li għandha d-data tad-detentur u data oħra ffirmata diġitalment mill-Ministeru tal-Intern.
 

Mediċina Diġitali

Mediċina Diġitali
Open

Bis-saħħa tal-internet, id-dinja tal-mediċina u dak kollu li jdur madwarha nbidlu wkoll.

X’TISTA’ TAGĦMEL ONLINE: 

  • Tirriċerka istituzzjonijiet tas-saħħa u l-mediċina.
  • Tfittex għal opinjonijiet u reċensjonijiet.
  • Tagħmel appuntament mediku.
  • Tirċievi konsultazzjoni medika mill-bogħod – telemediċina.
  • Tibgħat dokumentazzjoni marbuta mas-saħħa lil min trid madwar id-dinja.
  • Tħallas għas-servizzi tas-saħħa.
  • Faċiltaljiet differenti jistgħu jikkollaboraw diġitalment fuq l-istess pazjent.
Mediċina Diġitali: Il-Vantaġġi
Open
  • Jinħela inqas ħin biex tagħmel appuntament għal viżta jew titlob konsultazzjoni.
  • Il-viżta titwieżen permezz tad-dokumenti mediċi li jinsabu fuq l-internet.
  • Tonqos il-burokrazija.
  • Possibbiltà ta’ talba medika anki minn dawk li joqogħdu ’l bogħod mill-faċiltajiet tas-saħħa.
  • Simplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-pazjenti.
  • Qsim tad-dokumenti waqt li tiġi rrispettata l-privatezza.
  • Simplifikazzjoni fil-mogħdija tat-trattament.
Mediċina Diġitali: L-Iżvantaġġi
Open
  • Ħafna pazjenti jfittxu opinjonijiet diversi u dan iżid iż-żmien ta’ trattament.
  • Ħafna artikli marbuta mal-mediċina huma miktuba minn nies li lanqas biss huma fil-qasam.
  • Riskju ta’ ksur tal-privatezza.
     

Ċittadinanza Diġitali

Ċittadinanza Diġitali
Open

Reġjuni, muniċipalitajiet u l-gvern b’mod ġenerali qed jippruvaw jiddiġitalizzaw is-servizzi kollha tagħhom biex jissimplifikaw il-proċeduri.

Eżempji: 

  • Talbiet online għal appuntamenti dwar il-karta tal-identità elettronika.
  • Reġistru Nazzjonali tal-Popolazzjoni tar-Residenti.
  • Siti għall-iskejjel.
  • PagoPA – pjattaforma waħda għal ħlas online.
     
Talbiet Online għal Appuntamenti dwar il-Karta tal-Identità Elettronika
Open

Reġjuni, muniċipalitajiet u l-gvern b’mod ġenerali qed jippruvaw jiddiġitalizzaw is-servizzi kollha tagħhom biex jissimplifikaw il-proċeduri.

Vantaġġi:

  • It-talbiet isiru faċli.
  • Proċedura intuwittiva.
  • Appuntament jista’ faċilment jinbidel jew jiġi kkanċellat.

Żvantaġġi: 

  • Ostakli għal dawk mhux familjari mat-teknoloġija.
  • F’każ ta’ problemi mill-operatur, huwa diffiċli tiġi aċċessata.
     
Reġistru Nazzjonali għall-Popolazzjoni tar-Residenti: ANPR
Open

Database li tippermetti l-iskambju tal-informazzjoni.

Skambju ta’ informazzjoni bejn: l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-muniċipalitajiet.

Djalogu bejn: il-muniċipalitajiet u ċ-ċittadini.

Tippermettilek:

  • Titlob ċertifikati mir-Reġistru.
  • Tirreġistra ż-żona ta’ residenza jew id-dar.
  • Tikkonsulta d-data personali tiegħek.
  • Tirretifika d-data.
  • Timmaniġġja r-reġistru tal-familja.

Pjattaforma bil-għan li tiġbor id-data taċ-ċittadini.

Unika, diġitali u sigura

  • Pjattaforma għal servizzi demografiċi offruta lil miljuni ta’ ċittadini.
  • Għandha data aċċessibbli u aġġornata kontinwament
  • Is-servizz ta’ assistenza huwa aġġornat minn ħin għall-ieħor wara li jinġabar rispons permezz ta’ intervisti maċ-ċittadini nfushom.

N.B.: It-taqsima l-ġdida hija disponibbli wkoll bl-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż, u s-Sloven, bil-għan li tiġi ssimplifikata u użata wkoll minn ċittadini Ewropej kif ukoll minn nies li ġejjin minn minoritajiet lingwistiċi li jgħixu l-Italja.
 

Siti għall-Iskejjel
Open

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Mertu żviluppa mudell standard għal sit għall-iskejjel Taljani

L-Għanijiet Ewlenin:

  • Aċċessibbiltà
  • Karatteristiċi Komuni
  • Navigabbiltà

Fokus: Kisba ta’ mudell wieħed standardizzat

Oqsma komuni fis-sit:

  1. it-tema "Skola"
  2. it-tema "Tagħlim"
  3. it-tema "Servizzi" 
  4. it-tema "Aħbarijiet"

Dan il-mudell ġdid jinkludi workspace ddedikat għall-għalliema biex:

  • jimmaniġġjaw ir-reġistru elettroniku u l-komunikazzjonijiet;
  • jirċievu ċ-ċirkulari u l-kontenut tagħhom.
L-App IO
Open

L-app IO tintuża biex taċċessa s-servizzi pubbliċi.
Tista’ titniżżel fuq is-sistemi Android u iOS, u hija intuwittiva.
Hija b’xejn u żviluppata u mantnuta minn PagoPA S.p.A.

Biex tużaha irid ikollok:

  • Età legali.
  • SPID jew Karta tal-Identità Elettronika.

Is-sigurtà fuq l-IO: L-IO taqsam data mal-Istituto Poligrafico u z-Zekka tal-Istat biex tidentifika s-suġġett u dan isir biss waqt il-ħin meħtieġ biex il-verżjoni diġitali tad-dokumenti titla’ fuq il-portafoll.

Fl-app IO ssib is-sezzjoni tad-Dokumenti: l-ewwel pass lejn sistema ta’ IT-Wallet, jiġifieri s-sistema ta’ kartiera diġitali mwaqqfa mill-Artiklu 64-bis dwar il-Kodiċi tal-Amministrazzjoni Diġitali. Huwa element li jħallik iżżid il-verżjoni diġitali tad-dokumenti tiegħek fuq l-app.

Jippermetti l-użu ta’:

  • Liċenzja tas-sewqan
  • Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa
  • Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa
  • Karta tad-Diżabilità tal-UE.
Servizzi ta’ Konsultazzjoni Legali Online
Open

Għajnuna mogħtija minn avukati b’mod diġitali (permezz ta’ email, chat, ċempila vidjografika, u pjattaformi diġitali oħra) fuq kwistjonijiet ċivili, kriminali, amministrattivi, ta’ taxxa, eċċ.

L-aktar servizzi mfittxija huma dwar:

  • Kuntratti
  • Kawżi legali
  • Abbozzar ta’ dokumenti legali
  • Dejn
  • Protezzjoni tad-data, GDPR
  • Il-liġi tal-impjieg
  • Konsultazzjoni għall-kumpaniji
     
Vantaġġi Żvantaġġi
  • Aċċessibbiltà 24 siegħa kuljum
  • Inqas spejjeż
  • Tingħata rispons aktar malajr
  • Ma jeħtiġux vjaġġar fiżiku
  • Għażla bejn ħafna avukati speċjalizzati
  • Mhux dejjem xierqa għal każijiet kumplessi li jitolbu smigħ jew għarfien tekniku
  • L-affidabbiltà minn pjattaforma għal oħra tvarja

Malta: Għodod diġitali disponibbli għall-Maltin

L-Identità Diġitali f’Malta: l-eID
Open

Is-sistema ta’ identità elettronika f’Malta, l-eID, tagħti liċ-ċittadini u r-residenti aċċess sigur għal firxa wiesgħa ta’ servizzi pubbliċi online permezz ta’ awtentikazzjoni unika. Maħruġa minn Identità, din hija faċilitatur ewlieni tal-gvern diġitali.

Il-Karatteristiċi Ewlenin:

  • Aċċess għal servizzi bħal dikjarazzjonijiet tat-taxxa (CFR), is-sigurtà soċjali, rekords mediċi (MyHealth), u portals edukattivi (MySchool).
  • Konformi mal-eIDAS għal użu mifrux mal-UE.
  • Disponibbli kemm għaċ-ċittadini Maltin kif ukoll għal barranin residenti f’Malta legalment.

Il-Vantaġġi:

  • Awtentikazzjoni ċentralizzata li żżid il-konvenjenza u s-sigurtà.
  • Tnaqqas id-dokumentazzjoni u l-ħin ta’ stennija għall-aċċess tas-servizzi tal-gvern.
     
Is-Saħħa Diġitali u s-Servizzi Edukattivi
Open

Il-pjattaformi diġitali ta’ Malta għas-saħħa u l-edukazzjoni huma mfassla biex itejbu s-servizz u l-esperjenza taċ-ċittadin.

Il-Portal MyHealth:

  • Tara r-riżultati tat-testijiet mediċi, il-preskrizzjonijiet, u r-rekords ta’ tilqim.
  • Tagħmel appuntamenti u tikkomunika online ma’ fornituri ta’ kura tas-saħħa.

Il-Pjattaforma MySchool:

  • Tippermetti lill-istudenti u l-gwardjani jaċċessaw rekords akkademiċi, l-attendenza, u komunikazzjoni mill-iskola.
  • L-għalliema jistgħu jtellgħu kontenut u jamministraw pjanijiet tal-lezzjoni diġitalment.

Il-Vantaġġi:

  • Titjib tal-aċċessibbiltà u t-trasparenza.
  • Frankar tal-ħin lill-familji, l-edukaturi, u dawk li jirrikorru għas-servizzi tas-saħħa.
Il-Gvern Online u s-Servizzi Lokali
Open

Mata qed tkompli twessa’ l-aċċess diġitali għal servizzi pubbliċi ċentrali u lokali permezz ta’ pjattaformi ssimplifikati.

Il-Portals Ewlenin:

  • servizz.gov.mt – Aċċess ċentrali għal aktar minn 500 servizz tal-gvern, minn applikazzjonijiet għal liċenzji għal talbiet għal benefiċċji.
  • mygov.mt – Aċess għal kont unifikat mifrux mad-dipartimenti.
  • Appoġġ eServices – Aċċess diġitali għas-servizz tas-sigurtà soċjali.

Il-Vantaġġi:

  • Aċċessibbli 24/7 minn kullimkien.
  • Inaqqsu l-kjuwijiet online u jissimplifikaw id-dokumentazzjoni.
Il-Kartiera Diġitali u s-Servizzi tal-Mobajl
Open

L-app unifikata għas-servizzi tal-gvern ta’ Malta, maltapps, tagħti aċċess fuq il-mobajl għal firxa dejjem tikber ta’ servizzi permezz tal-mServices li huwa ddedikat għaliha.

Il-Karatteristiċi Ewlenin:

  • Tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan, iċċekkjar ta’ multi, talbiet għaċ-ċertifikati, u aktar.
  • Imqassma f’setturi skont is-servizz, minn saħħa għal trasport għal edukazzjoni.
  • Disponiblli fuq l-Android u l-iOS.

Il-Vantaġġi:

  • Aċċess minn punt uniku (one-stop) għal servizzi tal-gvern bi smartphone.
  • Titjib tal-inklużjoni diġitali permezz ta’ għodod tal-mobile faċli għall-utenti.
     
Sfidi u Opportunitajiet
Open

Malta għamlet progress qawwi rigward l-għoti ta’ aċċess mifrux għal servizzi pubbliċi diġitali. Madankollu, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni diġitali inklużiva, hemm bżonn ta’ attenzjoni speċjali li tindirizza l-kunfidenza, ir-rappreżentazzjoni, u l-barrieri bejn il-ġeneri fl-ingaġġar diġitali.

L-Isfidi:

  • Qasma bejn il-ġeneri fil-karrieri ICT: Fost l-ispeċjalisti tal-ICT f’Malta, 13.8% biss huma nisa, minkejja li n-nisa żgħażagħ għandhom ħiliet diġitali bażiċi b’saħħithom.
  • Nuqqas fil-kunfidenza fost in-nisa akbar fl-età: In-nisa ta’ 55 sena u aktar huma inqas possibbli li jħossuhom kunfidenti jsolvu problemi diġitali waħedhom, u dan jillimita l-użu tagħhom tas-servizzi online.

L-Opportunitajiet:

  • Titjib tal-ħiliet diġitali fil-mira: Twessigħ tat-taħriġ komunitarju u l-mudelli ta’ tagħlim flessibbli li jakkomodaw lil utenti neqsin mill-ħin, speċjalment nisa li qed jibbilanċjaw bejn ix-xogħol u r-responsabbiltajiet ta’ kura.
  • Pjattaformi li jipprijoritizzaw il-mobajl u simplifikati: Għodod jistgħu jgħinu jnaqqsu l-irritazzjoni diġitali fil-każ ta’ utenti inqas kunfidenti, speċjalment jekk huma mfasslin bl-aċċessibbiltà bħala prijorità.
  • Bini ta’ fiduċja permezz ta’ tfassil sikur: Promozzjoni ta’ prinċipji ta’ privatezza fid-disinn u mekkaniżmi ċari għall-kunsens biex jemanċipaw utenti ġodda kawti, speċjalment dawk b’data sensittiva.

Ir-repubblika Ċeka: Għodod diġitali disponibbli għaċ-ċittadini Ċeki

L-Identità Diġitali u l-Awtentikazzjoni fir-Repubblika Ċeka
Open

L-identità diġitali u l-awtentikazzjoni fir-Repubblika Ċeka huma mibnija madwar għodod siguri bħal eObčanka MojeID u BankID, li jħallu liċ-ċittadini jaċċessaw servizzi pubbliċi u jivverifikaw l-identità online tagħhom.

  • eObčanka / eDoklady: Karta tal-identità fiżika b’ċippa msejsa, li tintuża biex tilloggja f’portals governattivi u muniċipali, biex jiġu aċċessati servizzi marbuta mas-saħħa, it-tassazzjoni, u rekords personali, kif ukoll biex tiffirma dokumenti diġitalment (b’ċertifikat ikkwalifikat). Din telimina l-ħtieġa li tmur personalment f’uffiċċji tal-gvern, u ttejjeb il-protezzjoni tad-data u l-kontroll tal-utent. 
  • MojeID: servizz ta’ identità diġitali li jħalli lill-utenti jilloggjaw b’mod sigur fil-portals tal-gvern, siti privati u pjattaformi tal-e-kummerċ permezz ta’ kont wieħed ivverifikat. Tista’ tintuża fis-sistemi tal-gvern (eż., Portál občana), il-banek, il-fornituri tal-kura tas-saħħa, u s-siti privati.
  • Bankovní identita (BankID): servizz ta’ identità diġitali li jippermetti liċ-ċittadini Ċeki jivverfikaw l-identità tagħhom online b’mod sigur permezz ta’ kredenzjali ta’ login mill-bank tagħhom. Dan is-servizz huwa integrat fis-sistema tal-Awtorità Nazzjonali tal-Identità (NIA) u huwa aċċettat mill-istituzzjonijiet pubbliċi u l-kumpaniji privati.
Servizzi ta’ Reġistrazzjoni u Awtorizzazzjoni
Open

Is-servizzi ta’ reġistrazzjoni u awtorizzazzjoni fir-Repubblika Ċeka jagħtu liċ-ċittadini aċċess diġitali sigur għal rekords uffiċjali, ċertifikati, u setgħat delegati fir-reġistri pubbliċi ewlenin.

  • Katast u Reġistru tal-Artijiet: Pjattaforma diġitali li tħalli lill-utenti jaċċessaw rekords ta’ sjieda ta’ proprjetà, biċċiet tal-art, u r-relazzjonijiet legali marbuta ma’ proprjetà immobbli. Aċċessibbli permezz ta’ Portál občana wara awtentikazzjoni. Tippermetti aċċess fis u trasparenti għal data marbuta ma’ proprjetà legali lis-sidien, ix-xerrejja u l-professjonisti.
  • eMatriky/eRegistry: Aċċess diġitali ċentralizzat għal rekords vitali bħal dawk tat-twelid, żwieġ u ċertifikati tal-mewt, amministrati minn awtoritajiet lokali u f’ħolqa ta’ sistemi nazzjonali. Inaqqas il-ħin imqatta’ fl-uffiċċji tar-reġistru, jawtomatizza l-ħruġ ta-ċertifikati u l-aġġornamenti.
  • Registru tar-Rappreżentazzjonijiet (REZA): Għodda diġitali għall-amministrazzjoni tal-prokuri, li tħalli lill-individwi jawtorizzaw, jaraw jew iwaqqfu awtorizzazzjonijiet f’isimhom meta jkunu f’kuntatt mal-istituzzjonijiet pubbliċi. Din telimina formoli stampati u tippermetti rapreżentazzjoni diġitali sigura, li hija utli speċjalment għal dawk anzjani jew sidien ta’ negozju.
Portal taċ-Ċittadini (Portál občana / gov.cz)
Open

Il-Portal taċ-Ċittadini huwa l-pont ċentrali diġitali għas-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika, li jagħti aċċess sigur u personalizzat għal firxa wiesgħa ta’ għodod, rekords, u applikazzjonijiet tal-gvern bi pjattaforma waħda.

Il-Karatteristiċi Ewlenin:

  • Jintegra aktar minn 600 servizz pubbliku ta’ diversi ministeri u awtoritajiet.
  • Iwieżen l-eObčanka, Bankovní identita, MojeID, u d-data boxes.
  • Preżentazzjoni ta’ data personali bħall-kondotta, il-punti mnaqqsa tas-sewqan, dikjarazzjonijiet tat-taxxa, il-benefiċċji soċjali, u l-assigurazzjoni tas-saħħa.
  • Tressiq ta’ applikazzjonijiet għal karti tal-identità, passaporti, ċertifikati tat-twelid, liċenzji tas-sewqan, u bdil fl-indirizzi.
  • Twissijiet dwar skadenza ta’ dokumenti, ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa, jew talbiet pendenti.

Il-Vantaġġi:

Jelimina l-ħtieġa li tmur fiżikament fl-uffiċċji għall-biċċa l-kbira tas-servizzi, u dan jiffrankalek il-ħin u l-flus, u jagħtik aċċess għal funzjonijiet tal-gvern kull ħin, minn kullimkien.

Data Boxes (Datové schránky)
Open

Id-Data Boxes huma sistema ta’ kaxxa postali elettronika sigura użata għal komunikazzjoni elettronika uffiċjali bejn ċittadini, negozji u awtoritajiet pubbliċi fir-Repubblika Ċeka. Legalment huma ekwivalenti għal posta reġistrata u huma parti ewlenija mill-infrastruttura tal-Gvern Ċek elettroniku.

Il-Karatteristiċi Ewlenin:

  • Messaġġi mibgħuta bid-Data Boxes jitqiesu bħala mwassla uffiċjalment u għandhom timbru tal-ħin.
  • L-utenti jistgħu jirċievu u jibagħtu dokumenti mill-/lill- uffiċċji governattivi, il-qrati, l-awtoritajiet tat-taxxa, u entitajiet privati magħżula.
  • Ħażna awtomatika ta’ dokumenti mibgħuta u rċevuti bi prova tat-twassil.

Il-Benefiċċji: 

Id-dokumenti għandhom l-istess piż legali daqs ittri rreġistrati fiżikament u l-komunikazzjoni uffiċjali kollha hija maħżuna f’post sigur wieħed, b’storja li tista’ tiġi traċċata. Iċ-ċittadini privati jistgħu jużaw data box mingħajr ħlas.

Sistemi Speċifiċi għas-Settur
Open

Is-servizzi diġitali jiġu żviluppati fi ħdan setturi speċifiċi biex jissimplifikaw l-interazzjoni taċ-ċittadini mas-servizzi tal-kura tas-saħħa, it-tassazzjoni, l-applikazzjonijiet għall-iskejjel u r-rekords pubbliċi. 

Jenda – Żona tal-klijenti: Portal online self-service pprovdut mill-Amministrazzjoni Ċeka tas-Sigurtà Soċjali, li jagħti aċċess lill-individwi u l-impjegaturi għal rekords tas-sigurtà soċjali u jimmaniġġja l-interazzjonijiet mas-sistema soċjali tal-gvern.

Il-Karatteristiċi Ewlenin: 

  • Preżentazzjoni ta’ rekords tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni, l-istorja tal-impjiegi, il-benefiċċju tal-ġenituri u l-ħlasijiet tal-assigurazzjoni.
  • Tressiq ta’ talbiet għal stimi tal-pensjoni jew konferma tal-assigurazzjoni.
  • Tressiq ta’ talba għall-benefiċċju tal-ġenituri, u speċifikament l-għażla tal-ħlas kull xahar kif ukoll it-tul ta’ kemm iddum tirċievi l-benefiċċju tal-ġenituri.
  • Segwiment tal-istatus tal-applikazzjoni għall-benefiċċji jew il-pensjonijiet.

Irċevuti elettroniċi (eRecept): Sistema nazzjonali ta’ preskrizzjoni elettronika operata mill-Istitut Statali għall-Kontroll tad-Drogi li tippermetti lit-tobba joħorġu preskrizzjonijiet diġitali waqt li l-pazjenti jaċċessawhom permezz ta’ SMS, email, app, jew portal taċ-ċittadini.

Il-Karatteristiċi Ewlenin:

  • Twassil diġitali ta’ preskrizzjonijiet direttament fil-mobajl tal-pazjent jew l-email tiegħu.
  • App immirata għall-mobajl li permezz tagħha l-pazjenti jistgħu jamministraw u juru preskrizzjonijiet attivi
Sfidi u Opportunitajiet
Open

Ir-Repubblika Ċeka għamlet progress sinifikanti fid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi. Iżda minkejja infrastruttura b’saħħitha u allinjament mal-istrateġiji tal-UE, jibqgħu jippersistu sfidi dwar l-iżgurar ta’ aċċess ekwitabbli.

L-Isfidi:

  • Madwar miljun u nofs għad m’għandhomx aċċess għal servizzi diġitali.
  • Konnettività dgħajfa minkejja l-istrateġija ta’ VHCN (Network b’Kapaċità Għolja Ħafna), speċjalment f’żoni rurali jew “żoni bojod” li huma inqas moqdija. 
  • Madwar miljun u erba’ mitt elf ruħ ibatu biex jinvolvu ruħhom bi sħiħ f’soċjetà diġitali minħabba ħiliet diġitali limitati, bl-akbar impatt jaqa’ fuq dawk milquta minn barrieri strutturali intersezzjonali bħall-ġeneru, l-età, id-diżabbiltà, l-etniċità, l-istatus ekonomiku, jew il-lingwa.
  • Ħafna għodod diġitali huma nieqsa minn prinċipji ta’ tfassil iċċentrat fuq l-utent u ma jirriflettux il-barrieri intersezzjonali (eż., l-età, il-ġeneru, l-etniċità, id-diżabbiltà, l-iżvantaġġ soċjali, jew il-barrieri fil-lingwa). Pereżempju, lingwa teknika jew kumplessa tillimita l-aċċessibbiltà u l-faċiltà ta’ użu.
  • Nuqqas ta’ trasparenza u riskji fid-data jwessgħu l-inugwaljanzi diġitali, speċjalment rigward l-età, il-ġeneru, ir-razza, l-istabbiltà ekonomika, l-iżvantaġġ soċjali u l-etniċità.

L-Opportunitajiet:

  • Disinn inklużiv: Ħolqien ta’ għodod diġitali li jużaw approċċi parteċipatorji u ċċentrati fuq l-utent li jipprijoritizzaw l-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza għan- nies b’esperjenzi tal-ħajja differenti, speċjalment dawk milquta minn inugwaljanzi u li jsibu quddiem wiċċhom barrieri (b’lingwa sempliċi u navigazzjoni ċara). 
    Ġbir tad-data: Ġbir ta’ data minn demografiji anonimi biex jiġu identifikati u indirizzati lakuni.
  • Bini tal-fiduċja: Tisħiħ tat-trasparenza dwar l-użu tad-data u l-privatezza.
  • Għajnuna u ħidma biex jintlaħqu n-nies għall-kisba ta’ ħiliet diġitali: Twaħħid ta’ taħriġ imfassal ma’ kampanji b’miri diretti biex jemanċipaw gruppi esklużi diġitalment.

Spanja: Għodod diġitali disponibbli għaċ-ċittadini Spanjoli

Cl@ve
Open

Cl@ve hija sistema elettronika ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni maħluqa mill-gvern Spanjol biex tagħti liċ-ċittadini aċċess sigur għas-servizzi pubbliċi online. Taħdem bħal speċi ta’ “muftieħ diġitali,” li għaliha trid tuża d-DNI tiegħek (Dokument Nazzjonali tal-Identità) jew l-NIE (Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Barranin) flimkien ma’ password jew kodiċi.

Hija utli biex tamministra proċeduri ma’ istituzzjonijiet pubbliċi bħas-Sigurtà Soċjali, l-Aġenzija tat-Taxxa, is-SEPE (Servizz għall-Impjieg Pubbliku), jew il-gvernijiet lokali mingħajr il-ħtieġa li tmur fl-uffiċċji personalment.
 

Il-Vantaġġi L-Iżvantaġġi

Wieħed mill-vantaġġi ewlenin tal-Cl@ve huwa s-sistema tas-sigurtà avvanzata tagħha: tuża awtentikazzjoni b’żewġ fatturi, li tgħaqqad l-identifikazzjoni tal-utent mal-password u kodiċi temporanja (OTP), mibgħuta b’SMS jew iġġenerata mill-app Cl@ve. Dan joffri protezzjoni akbar tad-data personali.

Barra minn hekk, Cl@ve hija rrikonoxxuta u aċċettata minn ħafna korpi pubbliċi madwar Spanja, u dan jagħmel l-aċċess għal diversi servizz minn punt diġitali mill-kumdità tad-dar aktar faċli.
 

Minkejja l-vantaġġi tagħha, Cl@ve għandha n-nuqqasijiet tagħha, speċjalment għal nies b’esperjenza limitata fl-użu tat-teknoloġija.
L-attivazzjoni teħtieġ reġistrazzjoni minn qabel. Din tista’ ssir online, imma dan possibbli biss jekk diġà għandek ċertifikat diġitali, jew jekk tista’ tirċievi l-kodiċi bil-posta. F’każ li dan mhux possibbli, ikollok tirreġistra wiċċ imb wiċċ b’appuntament bl-ID.
Barra minn hekk, l-użu ta’ kodiċi temporanji jew l-app Cl@ve jistgħu jkunu diffiċli għal minn mhux familjari ma’ smartphones jew għodod diġitali.
 


 

Carpeta Ciudadana
Open

Carpeta Ciudadana hija portal online b’xejn ipprovdut mill-Gvern ta’ Spanja biex iħaffef l-aċċess taċ-ċittadini għal servizzi u informazzjoni personali miżmuma mill-amministrazzjonijiet pubbliċi.

Permezz tal-Carpeta Ciudadana, l-utenti jistgħu:

  • Jikkonsultaw id-data personali tagħhom irreġistrata mill-istituzzjonijiet pubbliċi (bħar-residenza, il-kwalifiki edukattivi, l-impjieg jew l-istatus familjali).
  • Iniżżlu ċertifikati u dokumenti uffiċjali.
  • Jiċċekkjaw notifikazzjonijiet u messaġġi mibgħuta minn korpi pubbliċi.
  • Isegwu l-istatus ta’ proċeduri amministrattivi.
  • Jaċċessaw servizzi personalizzati mogħtija minn diversi entitajiet nazzjonali u reġjonali.
  • Biex jaċċessaw il-Carpeta Ciudadana, l-utenti jridu jawtentikaw ruħhom permezz tal-Cl@ve, ċertifikat diġitali, jew ID elettronika (DNIe).

https://carpetaciudadana.gob.es/carpeta/clave.htm
 

Ħarsa Ġenerali fuq il-Portals tal-Iskejjel fi Spanja
Open

Fi Spanja, b’differenza mill-Italja, ma hemmx mudell nazzjonali wieħed għas-siti tal-iskejjel. Dan minħabba li s-sistema edukattiva Spanjola hija deċentralizzata, u kull reġjun (comunidad autónoma) imexxi l-iskejjel u l-għodod diġitali tiegħu.

Madankollu, xi reġjuni joffru pjattaformi komuni jew mudelli biex jgħinu lill-iskejjel joħolqu s-siti tagħhom. Pereżempju:

  • Madrid tuża l-pjattaforma EducaMadrid, u ħafna skejjel għandhom strutturi għas-siti simili.
  • Katalunja għandha n-network XTEC, li tipprovdi għodod u mudelli għall-iskejjel.
  • Andalusija m’għandhiex mudell standard għas-siti, imma kull skola tuża s-sistema Séneca, f’konnessjoni mal-apps Pasen u iPasen għal komunikazzjoni mal-familji.


 

Servizzi ta’ Konsultazzjoni Legali Online fi Spanja
Open

Servizzi ta’ Konsultazzjoni Legali Online fi Spanja

Fi Spanja, diversi pjattaformi online joffru pariri legali u jgħinu lill-individwi u n-negozji żgħar.

Servizzi l-aktar offruti:

  •  Konsultazzjonijiet legali
  •  Abbozzar ta’ kuntratti, testmenti, ilmenti, u aktar
  •  Parir legali fuq il-liġi tax-xogħol, l-akkomodazzjoni, il-liġi tal-familja, l-immigrazzjoni, eċċ.
Il-Vantaġġi:   Eżempji:
  • Konvenjenti u aċċessibbli mid-dar
  •  Ħafna drabi irħas minn servizzi legali tradizzjonali
  •  Aċċess malajr għal esperti legali
  Legalitas: https://www.legalitas.com
Reclamador: https://www.reclamador.es
Easyoffer: https://www.easyoffer.es

Test

Ikklikkja biex tittestja lilek innifsek