Gender information centre NORA
Iċ-Ċentru t’Informazzjoni fuq il-Ġeneru NORA (GIC NORA) hija organizzazzjoni mhux governattiva Ċeka msejsa fuq perspettiva feminista. Il-missjoni tagħha hija li tippromwovi l-ugwaljanza tal-irġiel u n-nisa fis-soċjetà Ċeka fuq livell kemm nazzjonali u reġjonali. GIC NORA ġiet imwaqqfa fil-ħarifa tal-2004, wara inizjattiva ta’ studenti u letturi mill-Fakultà tal-Istudji Soċjali fl-Università ta’ Masaryk f’Brno, li kellhom it-tir li jestendu attivitajiet relatati mal-ġeneru lil hinn mill-isfera akkademika. L-attivitajiet ta’ GIC NORA jiffukaw fuq edukazzjoni b’sensittività lejn il-ġeneru, id-diskrepanza fil-ħlas bejn il-ġeneri, l-inklużjoni tal-minorità tar-Roma, u ta’ gruppi oħra żvantaġġjati fis-soċjetà Ċeka, kif ukoll l-immappjar tal-kompetenza ma’ individwi soċjalment żvantaġġati.
Aħna attivament ninvolvu ruħna ma’ diversi gruppi ta’ partijiet interessati, inkluż individwi LGBTQI+, nisa, żgħażagħ, edukaturi, u dawk li jfasslu l-politika sabiex nippromwovu bidla sistematika u nrawwmu soċjetà aktar inklussiva. Fl-aħħar żewġ deċennji, aħna implimentajna b’suċċess 30 proġett, sija fuq livell nazzjonali u sija fuq livell internazzjonali, u wettaqna aktar minn 50 verifika ffukati fuq il-ġeneru fi ħdan is-settur pubbliku u dak privat, kif ukoll ikkontribwixxejna għal aktar minn 20 inizjattiva ta’ riċerka.
GIC NORA hija membru taċ-Czech Women’s Lobby, netwerk t’organizzazzjonijiet kommess li jiddefendi id-drittijiet tan-nisa fir-Repubblika Ċeka. Aħna sħab mal-Amnesty International Letter Writing Marathon u aħna rappreżentati mill-Kunsill tal-Gvern tar-Repubblika Ċeka għal Opportunitajiet Ugwali għan-Nisa u l-Irġiel. GIC NORA attivament tikkollabora ma’ organizzazzjonijiet tan-nisa u tal-ġeneru fl-Ewropa, inkluż mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, u tinteraġġixxi ma’ diversi istituzzjonijiet Ewropej.
