Arts Council Malta
Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) huwa l-aġenzija nazzjonali responsabbli mill-iżvilupp, l-investiment, u l-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta (CCS). Imwaqqaf fl-2015, il-KMA jilgħab rwol strateġiku bħala kemm mexxej u vuċi għall-arti f’Malta, b’mandat sabiex irawwem tkabbir kulturali bbażżat fuq l-għarfien, itejjeb l-edukazzjoni, jixpruna l-innovazzjoni, u jespandi l-aċċess tal-pubbliku għall-arti. Bl-Istrateġija 2020, il-KMA ħejja l-pedamenti għal tkabbir settorjali billi allinja l-għanijiet tiegħu ma’ dawk tal-komunità artistika ta’ Malta permezz ta’ konsultazzjonijiet estensivi, li kkulminaw f’roadmap ta’ 70 riżultat sabiex jitrawwem il-potenzjal kreattiv, tiġi promossa l-eċċellenza artistika, jiġu inkoraġġati skambji internazzjonali, u tiġi żgurata interazzjoni aċċessibbli mal-arti. Il-portafoll ta’ finanzjament tal-Kunsill, hekk kif gwidat minn prijoritajiet ewlenin bħal investiment pubbliku, internazzjonalizzazzjoni, intraprenditorija kreattiva, edukazzjoni, u diversità, appoġġja firxa wiesa’ ta’ programmi u inzjattivi ta’ finanzjament, u b’hekk xpruna t-tkabbir fost il-pajsaġġ kulturali ta’ Malta.
L-irwol tal-Kunsill jestendi lil hinn mill-fondi, u jservi ta’ rabta vitali bejn organizzazzjonijiet kulturali u istituzzjonijiet pubbliċi. Hu jimmaniġġja sħubijiet strateġiċi ma’ 11-il organizzazzjoni ewlenija artistika, inkluż il-Valletta Film Festival u l-Mediterranean Literature Festival, li jaċċennaw l-irwol tal-KMU sabiex jinfilsa l-arti u l-kultura fil-qalba tas-soċjetà Maltija. Il-KMA jrawwem ukoll skambji kulturali internazzjonali, u għandu rwol kruċjali f’avvenimenti bħas-Seventh World Summit on Arts and Culture (2016) u d-denominazzjoni tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura (2018).
Il-pjan strateġiku attwali tal-Kunsill għall-perjodu 2021-2025, immaniġġjat mid-Direttorat tal-Finanzjament u l-Istrateġija, huwa msejjes minn prinċipji gwida li jagħtu valur lid-diversità artistika, jippromwovu tkabbir kulturali sostenibbli, u jappoġġjaw sħubijiet transsettorjali. Permezz ta’ approċċ aċċessibbli u bbażat fuq ir-riċerka, il-KMA jippromwovi l-arti bħala essenzjali għall-benessri soċjali, ekonomiku, u ambjentali ta’ Malta.
Bit-tir li jiġi fis-seħħ futur kulturali fjorixxenti, il-viżjoni tal-KMA hija waħda fejn l-arti tkun fil-qalba tat-tkabbir soċjali ta’ Malta. Il-Kunsill attivament jappoġġja eskosistema kreattiva fejn aritsti u prattikanti kreattivi jistgħu jiffjorixxu, u jkunu appoġġjati minn tim ta’ senserija li jassisti operaturi fis-settur sabiex isaħħu l-potenzjal tagħhom permezz tal-portafoll ta’ finanzjament ta’ €7m tal-KMA, li hu mifrux fost 15-il skema ta’ finanzjament. B’impenn li jibni infrastruttura kulturali fit-tul li hi bbażata fuq l-evidenza, il-Kunsill Malti għall-Arti hu impenjat li jippożizzjona l-arti bħala pilastru vitali għall-futur ta’ Malta. F’konformità ma’ din il-viżjoni, il-KMA jmexxi wkoll l-inizjattiva tad-Dritt għall-Kultura, sforz iffukat fuq il-komunità li jiżgura li d-drittijiet kulturali huma aċċessibbli u inklussivi madwar il-komunitajiet diversi ta’ Malta. Filwaqt li tiffoka biex tegħleb l-ostakli li hemm għal parteċipazzjoni kulturali, din l-inizjattiva tippromwovi l-inklussività u r-rappreżentazzjoni fl-arti, u tgħin lill-individwi kollha sabiex jesploraw u jesprimu l-identitajiet kulturali uniċi tagħhom. Żviluppata permezz ta’ konsultazzjonijiet ma’ gruppi komunitarji, prattikanti kulturali, u organizzazzjonijiet tad-drittijiet umani, id-Dritt għall-Kultura tindirizza l-bżonnijiet ta’ komunitajiet mill-inqas moqdija u tappoġġja firxa wiesa’ ta’ attivitajiet kulturali bbażati fil-komunità.
Il-KMA huwa wkoll impenjat li jegħleb id-diskrepanza fil-ġeneru fil-parteċipazzjoni kulturali, inkluż l-indirizzar tad-diskrepanza diġitali tal-ġeneru. Permezz tad-Dritt għall-Kultura, il-KMA jippromwovi l-litteriżmu diġitali u inizjattivi ta’ tisħiħ speċifikament immirati għal nisa fis-setturi kulturali u kreattivi, u b’hekk jittejjeb l-aċċess, sija għall-ispazji kulturali fiżiċi, u sija għal dawk diġitali. Permezz tal-promozzjoni ta’ politiki ta’ drittijiet kulturali u l-integrazzjoni ta’ dawn il-prijoritajiet fi ħdan l-istrateġija kulturali ta’ Malta, il-KMA qiegħed isaħħaħ l-irwol tiegħu fit-trawwim ta’ pajsaġġ kulturali ekwitabbli li jagħti valur lid-diversità u jsaħħaħ l-individwi sabiex jipparteċipaw bis-sħiħ fl-arti.
