IDRISI CULTURA E SVILUPPO ETS

Idrisi Cultura e Sviluppo ETS hija assoċjazzjoni li ma tagħmilx profitt li tinkorpora kwalunkwe elementi soċjali u kulturali ta’ valur li huma kapaċi jiżviluppaw inizjattivi edukattivi u ta’ taħriġ, kif ukoll inizjattivi ekonomiċi li jpoġġu l-ekonomija, il-kultura, u s-soċjetà fuq l-istess livell. L-assoċjazzjoni, li hi mibnija fuq l-esperjenzi tal-membri fundaturi tagħha, tadotta miżuri proattivi, strutturati, u li huma skambjati ferm li jippromwovu l-parteċipazzjoni fil-kultura u l-kreattività bħala wieħed mill-pilastri ewlenin ta’ ċittadinanza koeżiva u attiva ġdida. Hi tappoġġja wkoll it-tixrid tal-edukazzjoni u l-għarfien bħala fattur ta’ żvilupp li jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-kapital intelletwali.
Għal din ir-raġuni, il-membri qasmu l-isfondi rikki u l-esperjenzi individwali tagħhom sabiex jistabbilixxu l-assoċjazzjoni, jiżviluppaw l-azzjonijiet, proġetti, taħriġ kulturali, u attivitajiet edukattivi sabiex jappoġġjaw dawn il-fatturi ta’ żvilupp neċessarji għat-tixrid tal-kultura in ġenerali.
Partikolarment, Idrisi tippromwovi kull forma ta’ tagħlim—formali, informali, u speċjalment dik mhux formali—immirata lejn it-titjib tal-ħiliet, abbiltajiet, u għarfien minn perspettiva personali, ċivika, u soċjali għal matul il-ħajja. Hi tippromwovi wkoll djalogu inklussiv u interkulturali, u tkattar id-diversità.
L-għan ewlieni tal-assoċjazzjoni hu li ssaħħaħ l-interazzjoni bejn is-setturi edukattivi, tippromwovi għarfien ċiviku kif ukol ċittadinanza attiva fost l-istudenti adulti. Idrisi hi kommessa li tipprovdi offerti edukattivi ta’ kwalità għolja, b’fok b’saħħtu fuq il-kontribuzzjonijiet li ġejjin minn parteċipazzjoni f’inkubaturi u mudelli kollaborattivi, sija fl-Italja u sija barra mill-Italja. L-assoċjazzjoni ssegwi l-kunċett ta’ żvilupp sostenibbli u inklussiv għal kwalità ta’ ħajja mtejba billi tippromwovi attivitajiet li jirrijinfurzaw il-konnessjonijiet bejn il-kultura u l-edukazzjoni, il-politiki soċjali, id-demokrazija, ir-riċerka, u l-innovazzjoni soċjali. L-assoċjazzjoni ġġib flimkien diversi professjonisti, inkluż riċerkaturi, edukaturi, esperti tal-istudji tal-ġeneru, psikoloġisti, drammaturgi, animaturi soċjo-edukattivi, speċjalisti tas-suq, esperti legali, ġurnalisti, u disinjaturi ta’ proġetti Ewropej. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ Idrisi Cultura e Sviluppo huwa l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet sabiex tiġi kumbattuta l-intolleranza, il-marġinalizzazzjoni, u l-esklużjoni, b’enfasi b’saħħitha fuq gruppi vulnerabbli u sforzi ta’ tixrid ta’ għarfien attwali, kif ukoll appoġġ għal istituzzjonijiet pubbliċi u privati. Barra minn hekk, l-assoċjazzjoni tiżviluppa servizzi li jeliminaw ostakli li jxekklu l-integrazzjoni ta’ kategoriji vulnerabbli (e.ż. NEETs u ELETs) fit-tessut soċjo-ekonomiku u parteċipazzjoni demokratika, primarjament billi jappoġġjaw is-settur sħiħ edukattiv u dak tat-taħriġ permezz ta’ żvilupp ta’ proġetti u kampanji ta’ għarfien.
Idrisi Cultura e Sviluppa, għaldaqstant, tappoġġja l-kontinuum ta’ edukazzjoni-taħriġ-impjieg, u tikkunsidraha bħala entità waħda ċċentrata dwar l-individwu u l-vjaġġ ta’ tkabbir u tagħlim tiegħu.
Il-persunal involuti fil-proġett jipposjedu kompetenzi personali miksuba u mtejba matul il-karrieri rispettivi tagħhom, u supplimentati minn ħiliet trasversali miskuba permezz ta’ attivitajiet varji f’setturi li ma jiġġenerawx profitt. Il-membri għandhom l-għarfien espert u l-abbiltajiet sabiex jistabbilixxu u jmantnu relazzjoni ma’ timijiet professjonali, inkluż dawk internazzjonali, u joffru l-esperjenzi u l-kapaċità tagħhom sabiex jibnu netwerks allinjati mal-iżvilupp tal-proġett. Huma għandhom ukoll l-abbiltà sabiex irawwmu sħubiji b’saħħithom ma’ msieħba affidabbli nazzjonali u Ewropej. L-esperjenza tal-assoċjazzjoni fil-ġestjoni ta’ inizjattivi ffinanzjati hija ta’ valur miżjud, u tappoġġja l-isħubija fl-intier tagħha u tiżgura ċ-ċirkulazzjoni tal-aħjar prattiċi fil-ġestjoni tal-proġetti.
L-assoċjazzjoni tikkonsisti f’16-il membru.

https://idrisiculturaesviluppo.org/