Increase Font Size
Reduce Font Size
High Contrast
Grayscale
Reset

ITSFA tagħti s-setgħa lil Nisa Ikbar fl-Età Permezz ta’ Attivitajiet ta’ Inklużjoni Diġitali fi ħdan il-Proġett HYPATIA

22/05/2026

Bħala parti mill-Proġett HYPATIA, It Solutions For All organizzat b’suċċess sessjoni ta’ Punt ta’ Fowkus li kienet tinvolvi grupp ta’ nisa ikbar fl-età. L-għan tas-sessjoni kien li jippromwovi l-inklużjoni diġitali u jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-diviżjoni bejn il-ġeneri fl-użu diġitali. 

L-avveniment ipprovda lill-parteċipanti b’opportunità li jiskopru l-proġett HYPATIA, l-objettivi tiegħu, u l-konsorzju internazzjonali tal-organizzazzjonijiet Ewropej li qed jaħdmu flimkien biex jappoġġjaw l-għoti tas-setgħa diġitali lin-nisa. Il-parteċipanti ġew murija wkoll il-pjattaforma tar-Riżorsi Edukattivi Miftuħa (OER) tal-proġett, disponibbli fuq www.hypatia-project.eu. Il-pjattaforma toffri materjali ta’ tagħlim b’xejn maħsuba biex l-utenti jsaħħu l-kunfidenza fl-użu diġitali u l-ħiliet diġitali tagħhom.

Waqt is-sessjoni, ITSFA ppreżentat il-programm ta’ taħriġ tal-proġett filwaqt li daret is-suġġetti ewlenin li qed isiru iżjed u iżjed rilevanti fil-ħajja ta’ kuljum u fl-iżvilupp personali, fosthom:

  • Il-pjattaforma disponsibbli online ta’ tagħlim elettroniku
  • L-Intraprenditorja Diġitali
  • L-Użu ta’ għodod ta’ ICT f’attivitajiet ta’ kuljum
  • L-Għarfien u l-Użu b’Mod Kunfidenti tal-Intelliġenza Artifiċjali 

Il-Punt ta’ Fowkus ħoloq ambjent akkoljenti fejn il-parteċipanti setgħu jiddiskutu l-isfidi relatati mal-użu tat-teknoloġija, u jesploraw kif l-għodod diġitali jistgħu jappoġġjaw iżjed indipendenza, parteċipazzjoni u tagħlim fit-tul.

Il-proġett HYPATIA għandu l-għan li jagħti s-setgħa lin-nisa billi jżidilhom il-kompetenzi diġitali, jibnilhom iżjed il-kunfidenza fihom nfushom, u joħloq opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp personali, soċjali u professjonali f’soċjetà li miexja eqreb u eqreb lejn id-diġitalizzazzjoni.

Għal iktar informazzjoni dwar il-proġett HYPATIA, żur www.hypatia-project.eu.

Facebook: https://www.facebook.com/hypatiaeuproject/
YouTube: https://www.youtube.com/@Hypatia-project
Email: hypatiaprojecteu@gmail.com