Increase Font Size
Reduce Font Size
High Contrast
Grayscale
Reset

Il-Konsorzju Ewropew Ippubblika Analiżi Ġdida u Rakkomandazzjonijiet ta’ Politika dwar id-Distakk Bejn il-Ġeneri fl-Użu Diġitali

18/12/2025

Konsorzju Ewropew ħareġ analiżi ġdida bl-Ingliż u rakkomandazzjonijiet ta’ politika li żvelaw kif l-inugwaljanzi diġitali baqgħu jkollhom impatt fuq il-ħajjiet ta’ nisa madwar l-Ewropa. Il-pubblikazzjoni, li tlestiet fl-aħħar tal-2025, eżaminat lil dawk li ħalliet barra t-trasformazzjoni diġitali, in-nuqqasijiet tar-riżultati tal-politiki, u għalfejn l-istrateġiji eżistenti baqgħu ma rnexxilhomx jindirizzaw ir-riskji onlajn affaċċjati minn ġeneri differenti.

L-analiżi ġiet żviluppata fir-Repubblika Ċeka, fi Spanja, fl-Italja u f’Malta fi proġett Ewropew ikkoordinat minn Genderové informační centrum NORA, o.p.s. Ir-riċerkaturi applikaw qafas intersezzjonali biex ifasslu l-aċċess, il-ħiliet u l-użu diġitali, l-impjieg u l-innovazzjoni u żvelaw kif nisa li x-xogħol tagħhom hu li jieħdu ħsieb ta’ persuni oħrajn u li ma jitħallsux tiegħu, kif ħin limitat għal taħriġ u kif esponiment għal abbuż onlajn, b’mod sistematiku jirrestrinġu l-parteċipazzjoni diġitali tan-nisa.

Abbażi ta’ dan is-sejbien, il-konsorzju ffinalizza rakkomandazzjonijiet ta’ politika mmirati fejn talab li jkun hemm azzjoni istituzzjonali konkreta. Skont it-tim ta’ riċerka, “Id-dejta wriet li l-esklużjoni diġitali kienet strutturali u mhux inċidentali,” u saħqu għall-ħtieġa urġenti ta’ investimenti fl-infrastruttura tal-għoti ta’ kura, għal politiki diġitali skont is-sess, u għal azzjonijiet iżjed b’saħħithom kontra l-vjolenza ffaċilitata mit-teknoloġija u abbażi tas-sess. 

Il-pubblikazzjoni kienet pass importanti lejn it-tfassil ta’ politiki diġitali iżjed inklussivi fl-UE u infurmat l-attivitajiet edukattivi li ġejjin tal-proġett. Għal iżjed informazzjoni dwar il-proġett, żur: https://www.hypatia-project.eu/