Increase Font Size
Reduce Font Size
High Contrast
Grayscale
Reset

ITSFA Torganizza Punti ta’ Fowkus biex Tippreżenta l-Proġett HYPATIA f’Málaga

17/11/2025

IT Solutions for All ospitat b’suċċess erba’ Punti ta’ Fowkus iddedikati lill-Proġett HYPATIA li saru f’żewġ postijiet differenti tal-imsieħeb assoċjat, Arrabal-AID. Is-sessjonijiet laqqgħu flimkien il-parteċipanti biex jesploraw l-elementi ewlenin tal-proġett, fosthom l-għanijiet tal-proġett, ir-riżultati mistennija u l-benefiċċji ewlenin tal-Pjattaforma OER ta’ HYPATIA, waħda mir-riżultati ewlenin tal-proġett.

Il-pjattaforma hija mingħajr ħlas, miftuħa u aċċessibbli 24/7. Hija ddisinjata biex tintuża b’mod faċli mill-utenti u biex tospita l-korsijiet kollha ta’ taħriġ li ġew żviluppati fil-proġett. Il-pjattaforma toffri lill-edukaturi u lil dawk li jużawha biex jitgħallmu minnha ambjent ta’ tagħlim diġitali, flessibbli, komprensiva u faċilment aċċessibbli.

Waqt il-Punti ta’ Fowkus, ITSFA wettqet ukoll attivitajiet ta’ ttestjar mal-parteċipanti fejn iffukat fuq tliet moduli ta’ taħriġ li ġew żviluppati f’HYPATIA:

  1. L-Intraprenditorja Diġitali
  2. L-Użu ta’ Għodod ta’ ICT f’Attivitajiet ta’ Kuljum
  3. L-Għarfien u l-Użu b’Mod Kunfidenti tal-Intelliġenza Artifiċjali 

Dawn it-testijiet ipprovdew feedback ta’ valur dwar il-kontenut, l-użabbiltà u l-impatt ġenerali tal-moduli filwaqt li xeħtu dawl fuq ir-rilevanza prattika tagħhom u l-valur tagħhom għal diversi gruppi fil-mira.

Il-proġett HYPATIA huwa inizjattiva Ewropea bi msieħba mill-Italja, Spanja, Malta u r-Repubblika Ċeka bl-għan li jindirizza d-distakk bejn il-ġeneri fl-użu diġitali. Jiffoka fuq nisa tad-dar u nisa li għandhom rwol fejn jieħdu ħsieb lil ħaddieħor mingħajr ma jitħallsu tiegħu, li ta’ spiss jiffaċċjaw diskriminazzjoni soċjali u li huma vulnerabbli għal riskji onlajn. Il-proġett jipprovdi għodda u taħriġ ta’ litteriżmu diġitali maħsuba apposta sabiex dawn in-nisa jingħataw is-setgħa fl-użu diġitali, u sabiex iżidu l-kunfidenza tagħhom fl-użu diġitali, u jżidu s-sikurezza u l-inklużjoni soċjali tagħhom. 

Għal iżjed informazzjoni fuq il-proġett HYPATIA, żur: www.hypatia-project.eu

Segwina fuq:
Facebook: https://www.facebook.com/hypatiaeuproject/ 
YouTube: https://www.youtube.com/@Hypatia-project 
Email: hypatiaprojecteu@gmail.com