Hypatia jniedi Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim Bla Ħlas sabiex jiġu emanċipati n-Nisa u jiġi indirizzat id-Distakk Diġitali bejn il-Ġeneri

06/05/2025

Il-proġett Hypatia, kofinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea taħt il-programm Erasmus +, ilaqqa’ flimkien erbat isħab mill-Italja, Spanja, ir-Repubblika Ċeka, u Malta, bl-għan komuni li jindirizzaw id-distakk diġitali bejn il-ġeneri.

Il-proġett għandu l-għan li jappoġġja lin-nisa tad-dar billi jiżviluppa kurrikulu innovattiv tal-litteriżmu diġitali u tal-emanċipazzjoni tan-nisa. Hypatia jfittex li jipprovdi lin-nisa ħiliet prattiċi biex jinnavigaw it-teknoloġiji diġitali b’mod sikur u konsapevoli, filwaqt li jindirizza wkoll l-isfidi tal-vjolenza online abbażi tal-ġeneru.

Aspett ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa t-tnedija uffiċjali tal-Pjattaforma ta’ Riżorsi Edukattivi Miftuħa tal-Hypatia, magħrufa bħala OER, li issa tinsab live u disponibbli f’ħames lingwi (EN, IT, ES, CZ, MT). Il-pjattaforma hija kompletament bla ħlas u toffri aċċess miftuħ 24/7 għall-utenti madwar l-Ewropa, kif ukoll lil hinn minnha.

Karatteristiċi Ewlenin tal-Pjattaforma OER:
Aċċess bla ħlas u miftuħ: Il-kontenut huwa kollu disponibbli mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni.
Disponibbiltà 24/7: Il-pjattaforma hija aċċessibbli fi kwalunkwe ħin, u tippermettilek titgħallem u tiżviluppa bil-pass tiegħek.
Immappjar tad-Distakk Diġitali bejn il-Ġeneri: Analiżi fil-fond tal-intersezzjoni bejn il-litteriżmu diġitali, l-istatus soċjoekonomiku, u d-disparitajiet ġeografiċi.
Materjal ta’ Taħriġ Imfassal Apposta: Korsijiet u riżorsi mfassla biex jaqdu l-ħtiġijiet tan-nisa tad-dar minn sfondi differenti, b’enfasi fuq il-kompetenzi diġitali, l-inklużjoni, u l-aċċessibbiltà.
Docufilm: Dokumentarju impenjattiv li jag]ti ]arsa mill-qrib lejn l-esperjenzi tan-nisa tad-dar madwar l-Ewropa, grupp ta’ spiss ittraskurat fid-diskussjonijiet dwar l-inklużjoni diġitali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Kontenut Aġġornat Kontinwament: Riżorsi u għodod ġodda żviluppati matul il-proġett se jiżdiedu regolarment, sabiex jiġi żgurat li l-pjattaforma tibqa’ ċentru ta’ tagħlim dinamiku u aġġornat.

Permezz ta’ din il-pjattaforma, Hypatia jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jrawwem kuxjenza kritika dwar l-impatt diġitali fuq il-ħajja ta’ kuljum, jipprovdi lin-nisa bi strateġiji biex jaffrontaw it-theddid online, u jittrasforma d-dinja diġitali f’għodda għall-iżvilupp personali u professjonali.

Biex issir taf aktar dwar il-proġett Hypatia, żur il-pjattaforma OER: https://www.hypatia-project.eu/