Il-Laqgħa Online Inizjali tal-Proġett Hypatia

04/11/2024
Inħabbru bi pjaċir il-Laqgħa Inizjali tal-Proġett Hypatia, kofinanzjat minn Erasmus+, miżmuma fl-24 t’Ottubru. L-imsieħba mill-Italja (Idrisi), Spanja (IT Solutions for All), ir-Repubblika Ċeka (CIG NORA), u Malta (Il-Kunsill Malti għall-Arti) ġew flimkien sabiex jiddiskutu punti ewlenin ta’ din l-inizjattiva konsegwenzjali.
Matul din il-laqgħa, l-imsieħba introduċew lilhom infushom u rrivedew aspetti ewlenin tal-proġett, bħall-pakketti ta’ ħidma, riżultati, u l-irwolijiet ta’ kull imsieħeb.
Hypatia għandha l-għan li tiżviluppa programm t’għarfien konsegwenzjali ferm biex tindirizza id-diskrepanza diġitali bejn il-ġeneri, b’fok ewlieni fuq nisa vulnerabbli, bħal dawk li jagħmlu xogħol tad-dar. Dawn in-nisa, li huma ħafna drabi vittimi ta’ vjolenza online, mhumiex rappreżentati biżżejjed f’politiki ffukati fuq l-ugwaljana bejn il-ġeneri u fi sforzi għal diġitalizzazzjoni. Permezz ta’ dan il-proġett, aħna se noħolqu pjattaforma OER innovattiva u interattiva li tipprovdi ħiliet bażiċi diġitali, filwaqt li fl-istess waqt tindirizza r-riskji u l-perikli ta’ teknoloġiji ġodda, partikolarment ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq pjattaformi online.
Flimkien, aħna qed naħdmu biex insaħħu u nagħtu wens lil dawk li l-aktar għandhom bżonn. Segwuna għal aktar aġġornamenti!